1U l-poplu kollu ta’ Ġuda qabad lil Għużżija, li kellu sittax-il sena, u għamluh sultan flok missieru Amasija.
6U ħareġ jitqabad mal-Filistin, u fetaħ tiċrita fil-ħitan ta’ Gatt, u fil-ħitan ta’ Ġabni, u fil-ħitan ta’ Asdod; u bena bliet f’Asdod u bnadi oħra fost il-Filistin.
11U kellu wkoll Għużżija eżerċtu ta’ nies lesti għall-gwerra; kienu joħorġu qatgħa qatgħa, imqassmin skont l-għadd li għamel permezz ta’ Ġegħijel il-kittieb, u Magħxija l-uffiċjal, taħt it-tmexxija ta’ Ħananija, wieħed mill-uffiċjali tas-sultan.
12L-għadd kollu tal-kapijiet tal-familji tal-gwerriera qalbiena kien ta’ elfejn u sitt mitt ruħ.
13Taħt idejhom kellhom eżerċtu ta’ tliet mija u sebat elef u ħames mitt ruħ, kapaċi jitqabdu b’ħila kbira biex jgħinu lis-sultan kontra l-għedewwa tiegħu.
14U dan l-eżerċtu kollu Għużżija armah b’tarkiet, lanez, elmijiet, kurazzi, qwas u ġebel għall-iżbandoli.
15F’Ġerusalemm imbagħad għamel inġenji, maħsuba min-nies tas-sengħa, għal fuq it-torrijiet u għal fuq il-kantunieri tas-swar biex iwaddbu vleġeġ u ġebel kbir. Hekk ismu xtered sa fil-bogħod, għax kellu għajnuna tal-għaġeb sa ma tqawwa sewwa.
Id-dnub u l-kastig ta’ Għużżija16Imma malli tqawwa, qalbu tkabbret sa tħassar, u dineb kontra l-Mulej, Alla tiegħu, u daħal fis-santwarju tal-Mulej biex jaħraq l-inċens fuq l-artal tal-inċens.
17U mar warajh Għażarija, il-qassis, b’xi qassisin tal-Mulej miegħu, tmenin raġel qalbieni.
18U waqfu quddiem Għużżija, is-sultan, u qalulu: “Ma jmissx lilek, Għużżija, li taħraq l-inċens lill-Mulej, iżda lill-qassisin, ulied Aron, ikkonsagrati biex jaħirqu l-inċens. Oħroġ ’il barra mis-santwarju, għax int dnibt u dan ma jagħmillek ebda ġieħ quddiem il-Mulej Alla.”
19U Għużżija, li kellu f’idu ċ-ċensier għall-ħruq tal-inċens, xegħel bil-korla, u kif kien imdagħdagħ mal-qassisin, tfaċċat l-lebbra fuq ġbinu quddiem il-qassisin fid-dar tal-Mulej, ħdejn l-artal tal-inċens.
20U dar lejh Għażarija, il-qassis il-kbir, u l-qassisin kollha, u rawh bil-lebbra fuq ġbinu, u warrbuh minn hemm minnufih u hu stess fittex joħroġ għax il-Mulej kien darbu.
21U s-sultan Għużżija baqa’ marid bil-lebbra sa ma miet, u kien jgħammar f’dar ta’ lebbruż maqtugħa għaliha, għax kien maqtugħ minn dar il-Mulej; u Ġotam, ibnu, kien jieħu ħsieb il-palazz u jamministra l-ġustizzja lill-poplu tal-pajjiż.
22U l-bqija tal-ġrajja ta’ Għużżija, mill-bidu sal-aħħar, kitibhom il-profeta Isaija bin Għamos.
23U strieħ Għużżija ma’ missirijietu, u difnuh ma’ missirijietu fl-għalqa tal-oqbra tas-slaten, għax qalu: “Hu marid bil-lebbra.” U beda jsaltan floku ibnu Ġotam.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.