1Meta Ġonatan ra li ż-żmien kien favur tiegħu, għażel xi rġiel u bagħathom Ruma biex iwettqu u jġeddu l-ħbiberija magħhom., sultan tagħkom, bagħat ittra lil Onija, il-qassis il-kbir, fejn qallu li intom ħutna, kif jidher mill-kopja li hawn ma’ din l-ittra. li għandna f’idejna,, bla ma tahom żmien jidħlulu f’artu.
26Imbagħad bagħat l-ispiji fil-kamp tagħhom, u meta reġgħu lura għarrfuh li l-għedewwa kienu lesti jaħbtu għalihom billejl.
27Ma’ nżul ix-xemx Ġonatan ordna lin-nies tiegħu jishru u joqogħdu armati, lesti għall-ġlied il-lejl kollu; u qiegħed l-għases madwar il-kamp kollu.
28Malli l-għedewwa ntebħu li Ġonatan u n-nies tiegħu kienu lesti għat-taqbid, beżgħu u qatgħu qalbhom u qabbdu l-ħġejjeġ fil-kamp tagħhom u telqu.
29Ġonatan u n-nies tiegħu ma ntebħux qabel is-sebħ, għax kienu raw id-dawl tal-ħġejjeġ.
30Ġonatan għamel għal warajhom imma ma laħaqhomx, għax kienu diġà qasmu x-xmara Elewteru.
31Minn hemm Ġonatan erħielha kontra l-Għarab, jgħidulhom iż-Żabadin, għelibhom u ħadilhom il-priża.
32Imbagħad telaq minn hemm lejn Damasku, u qasam l-art kollha.
33Xmun ħareġ ukoll u wasal sa Askalon u l-fortizzi tal-qrib; minn hemm kiser lejn Ġaffa u ħatafha f’idejh,
34għax kien sama’ li riedu jerħu din il-fortizza f’idejn in-nies ta’ Demetriju. Fiha ħalla l-għases biex iħarsuha.
35Malli raġa’ lura, Ġonatan laqqa’ l-anzjani tal-poplu u ftiehem magħhom li jibnu fortizzi fil-Lhudija,
36jgħollu l-ħitan ta’ Ġerusalemm, itellgħu ħajt għoli sewwa bejn l-Akra u l-belt biex jifirduha minnha, u hekk tibqa’ maqtugħa għaliha, u n-nies fiha ma jkunux jistgħu u la jixtru u lanqas ibigħu.
37U nġemgħu biex jibnu l-belt. Billi kienet waqgħet biċċa mill-ħajt tal-Lvant in-naħa tal-wied, Ġonatan sewwieh billi tella’ l-ħajt li jgħidulu Kafenata.
38U Xmun bena ’l Adida fis-Sefela u saħħaħha bil-bibien u l-iżbarri.
Ġonatan priġunier (142 QK)39Issa Trifon kien qiegħed jirsisti li jsir sultan tal-Asja, ixidd il-kuruna u jmidd idejh fuq is-sultan Antijoku. biex jeqirdu n-nies kollha ta’ Ġonatan.
50Malli dawn saru jafu li Ġonatan kienu qabduh, u hu u n-nies li kellu miegħu kienu mitlufa, għamlu l-qalb lil xulxin u telqu bl-ordni lesti għall-ġlied.
51Malli dawk li għamlu għal warajhom raw li kienu lesti jiġġieldu għal ħajjithom, reġgħu lura.
52U huma waslu f’art Ġuda bis-sliem. U bkew lil Ġonatan u ’l sħabu u qabadhom biża’ kbir. U Iżrael kollu beka biki kbir.
53Il-ġnus kollha ta’ madwarhom bdew ifittxu li jeqirduhom u kienu jgħidu: “Ma għandhomx kap jew min jgħinhom! Ejjew nagħmlulhom gwerra u neqirdu t-tifkira tagħhom minn fost il-bnedmin.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.