1U għadda ħafna żmien u l-kelma tal-Mulej waslet lil Elija fit-tielet sena u qallu: “Mur, u ppreżenta ruħek quddiem Aħab, u jien nibgħat ix-xita fuq wiċċ l-art.”
2U Elija mar biex jidher quddiem Aħab. Il-ġuħ kien għafas sewwa fuq is-Samarija,
3u Aħab sejjaħ lil Għobadija, li kien jieħu ħsieb il-palazz. Issa Għobadija kien jibża’ ħafna mill-Mulej.
16U Għobadija mar jiltaqa’ ma’ Aħab u tah l-aħbar. U Aħab mar jiltaqa’ ma’ Elija.
17U ġara li malli Aħab ra lil Elija, Aħab qallu: “Int hawn, int li qiegħed taqleb lil Iżrael ta’ taħt fuq?”
18U hu wieġbu: “Le, mhux jien li qiegħed naqleb lil Iżrael ta’ taħt fuq, imma int u dar missierek, għax intom tlaqtu l-kmandamenti tal-Mulej u mortu wara l-Bagħlim.
19U issa ibgħat u iġborli lil Iżrael kollu fuq il-muntanja tal-Karmel u l-erba’ mija u ħamsin profeta ta’ Bagħal u l-erba’ mija tal-Asera, li jieklu mill-mejda ta’ Ġeżabel.”
30Elija qal lill-poplu kollu: “Ersqu lejja.” U l-poplu kollu resaq lejh. U hu raġa’ waqqaf l-artal tal-Mulej li kien iġġarraf.
31Elija ħa tnax-il ġebla, skont l-għadd tat-tribujiet ta’ wlied Ġakobb, li lilu l-Mulej kien qallu: “Iżrael ikun ismek.”
32U b’dan il-ġebel bena artal għal isem il-Mulej, ħaffer madwaru gandott jesa’ daqs żewġ sigħan żerriegħa,
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.