LUQA 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Il-missjoni tat-Tnax(Mt 10,5-15; Mk 6,7-13)

1Sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard

2U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda.

3U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi.

4Jekk tidħlu f’xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu.Ġesù jitma’ ħamest elef(Mt 14,13-21; Mk 6,30-44; Ġw 6,1-13)

10L-appostli reġgħu lura għand Ġesù u qalulu x’kienu għamlu; imbagħad ħadhom miegħu u nġabar magħhom qrib belt jisimha Betsajda.

11Imma l-folol saru jafu u marru warajh. Hu laqagħhom u qagħad ikellimhom fuq is-Saltna ta’ Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan.

12Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f’post imwarrab.”

13Iżda hu qalilhom: “Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!”

14Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: “Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin.”

15Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.

16Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewluhom lin-nies.

17U kulħadd kiel u xaba’ u l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.Pietru jistqarr il-fidi f’Ġesù(Mt 16,13-20; Mk 8,27-29)

18Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?”

19Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.”L-ewwel taħbira tal-mewt u tal-qawmien(Mt 16,20-28; Mk 8,30—9,1)

21Imbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan.

22U qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.”Min hu l-akbar fis-Saltna ta’ Alla(Mt 18,1-5; Mk 9,33-37)

46Qamet kwistjoni bejniethom dwar min kien l-akbar fosthom.Min mhuwiex kontra tagħkom hu magħkom(Mk 9,38-40)

49Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna.”

50Imma Ġesù qallu: “La żżommuhx, għax min mhuwiex kontra tagħkom, huwa magħkom.”Is-Samaritani ma jilqgħux lil Ġesù

51Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.Mk 10,32.

52U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod.

53Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm.Ġw 4,9.

54Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?”

55Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom.

56U marru f’raħal ieħor.

X’jistenna Ġesù mid-dixxipli tiegħu(Mt 8,18-22)

57Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qallu: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.”

58U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.”

59Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja.” Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.”

60Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom; iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla.”

61U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil tad-dar.”1 Slat 19,20.

62Qallu Ġesù: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura mhuwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help