2 MAKKABIN 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6L-editt ta’ Antijoku (166 QK)

1Ma kienx għadda ħafna żmien, meta s-sultan bagħat wieħed anzjan minn Ateni biex iġiegħel lil-Lhud iħallu l-liġijiet ta’ missirijiethom u ma jgħixux aktar skont il-liġijiet ta’ Alla;, u dak ta’ Gariżim għal Żews Ospitalier kif kien jixraq lin-nies ta’ dak il-post.

3Iebes u kiefer kien għal kulħadd l-għawġ li laħaqhom.

4Għax it-tempju mtela bit-tbaħrid u l-ikel żejjed tal-Ġentili; hawn kienu jgħaddu ż-żmien mal-prostituti u jitwaħħdu man-nisa fil-wesgħat qaddisa tat-tempju, u daħħlu wkoll ħwejjeġ mhux xierqa.

5L-artal imtela b’vittmi moqżieża pprojbiti mil-liġijiet.

6U ħadd ma kien jista’ u la jħares is-Sibt u la jiċċelebra l-festi ta’ missirijietu u lanqas juri fil-beraħ li kien Lhudi.

7F’jum it-twelid tas-sultan b’għafsa ta’ qalb kienu mġiegħla ta’ kull xahar imorru għas-sagrifiċċju, u fil-festa ta’ Dijonisju kienu mġiegħla jduru mat-triqat bil-liedna mdawra ma’ ġbinhom f’ġieħ Dijonisju.

8Imbagħad, imġiegħel min-nies ta’ Ptolemajs, is-sultan ħareġ digriet għall-ibliet Griegi tal-qrib biex jagħmlu l-istess kontra l-Lhud, u jġagħluhom jieklu mill-vittmi tas-sagrifiċċji,

9u ’l dawk li jirruftaw jaqilbu għad-drawwiet Griegi, joqtluhom.

U s-sofferenza kienet hemm taraha b’għajnejk.

10Żewġ nisa ġabuhom quddiem it-tribunal, u xlewhom li kienu għamlu ċ-ċirkonċiżjoni lil uliedhom. Dendlulhom it-trabi ma’ sidirhom, dawruhom mal-belt quddiem kulħadd, u mbagħad waddbuhom minn fuq is-swar għal isfel.

11Oħrajn li kienu nġemgħu fl-għerien biex jiċċelebraw is-Sibt bil-moħbi, xlewhom lil Filippu, u ħarquhom kollha f’daqqa, għax beżgħu jiddefendu ruħhom minħabba l-ġieħ ta’ dak il-jum qaddis.Il-ġudizzju ta’ Alla

12Jiena nitlob lil kull min jiġi f’idejh dan il-ktieb biex ma jaqtax qalbu minħabba dawn il-ħsarat, imma jifhem li dawn il-kastigi ma seħħewx għall-qerda, imma għall-korrezzjoni ta’ ġensna.

17Dan għednieh biex infakkru din il-verità; wara dan il-ftit kliem, ħa nerġgħu għar-rakkont.

Il-martirju ta’ Elgħażar

18Elgħażar, wieħed mill-ewlenin fost l-iskribi, bniedem imdaħħal fiż-żmien, raġel iġiblek suġġizzjoni, kienu qegħdin iġagħluh jiftaħ ħalqu bilfors biex jiekol il-laħam tal-majjal.

31Hekk b’dan il-mod għadda minn din il-ħajja u ħalla b’mewtu, mhux biss liż-żgħażagħ, imma wkoll lill-kotra l-kbira ta’ ġensu, eżempju ta’ qlubija u tifkira ta’ qawwa.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help