1U Mosè sejjaħ lil Iżrael kollu u qalilhom: “Isma’, Iżrael, il-liġijiet u d-digrieti li jien qiegħed ngħidilkom f’widnejkom illum, u tgħallimhom u qis li tħarishom.
6‘Jiena l-Mulej li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar.
7‘Ma jkollokx allat oħra ħliefi;.
15‘Ftakar li int kont ilsir fl-art tal-Eġittu, u l-Mulej, Alla tiegħek, ħarġek minn hemm b’id qawwija u bi driegħ merfugħ; għalhekk il-Mulej, Alla tiegħek, ordnalek li tħares jum is-Sibt.
16‘Weġġaħ lil missierek u ’l ommok, bħalma l-Mulej, Alla tiegħek, ordnalek, sabiex tgħix ħajja twila, u jkollok ir-risq fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik.
17‘La toqtolx.
18‘La tagħmilx adulterju.
19‘La tisraqx.
20‘La tixhidx fil-falz kontra għajrek.
21‘La tixtieqx il-mara ta’ għajrek. La tixxennaqx għal dar għajrek: għar-raba’ tiegħu, għall-qaddej tiegħu, għall-qaddejja tiegħu, għall-gendus tiegħu, għall-ħmar tiegħu, għal xejn milli għandu għajrek.’
22“Dan il-kliem qalu l-Mulej b’leħen qawwi lill-ġemgħa kollha tagħkom minn fuq il-muntanja, minn ġon-nar, minn ġos-sħaba u ċ-ċpar iswed, u xejn aktar ma żied. U kitibhom fuq żewġ twavel tal-ġebel, u tahom lili.
23“U ġara li, kif smajtu l-leħen minn ġod-dalma u l-muntanja kienet tħeġġeġ bin-nar, resqu lejja l-prinċpijiet tat-tribujiet tagħkom u x-xjuħ tagħkom
24u qaluli: ‘Ara, il-Mulej, Alla tagħna, uriena s-sebħ u l-kobor tiegħu, u semmagħna leħnu minn ġon-nar. Illum rajna li Alla jista’ jkellem lill-bniedem u l-bniedem jibqa’ ħaj.
28“U l-Mulej sama’ kliemkom jidwi, intom u tkellmuni, u l-Mulej qalli: ‘Jien smajt jidwi l-kliem li qallek dan il-poplu; sewwa kulma qalulek.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.