1U l-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael waslu fid-deżert ta’ Sin fl-ewwel xahar, u l-poplu waqaf f’Kades; u mietet Mirjam u difnuha hemm.
2Billi ma kienx hemm ilma għall-poplu, inġabru kontra Mosè u Aron., intom ma ddaħħlux lil din il-ġemgħa fl-art li se nagħtihom.”
13Dawn huma l-ilmijiet ta’ Meriba, fejn ulied Iżrael ħaduha mal-Mulej, u hemm tahom prova ta’ qdusitu.
L-Edomin ma jħalluhomx jgħaddu14Mosè bagħat messaġġiera minn Kades, jgħidu lis-sultan ta’ Edom: ‘Dan jgħidlek ħuk Iżrael: Int taf bl-hemm kollu li sibna ruħna fih., bla ma nilwu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, sakemm naqsmu artek.”
18U Edom weġibhom: “Ma tgħaddux minn għandi, inkella noħroġ għalikom bix-xabla.”
19U wlied Iżrael qalulu: “Nitilgħu mit-triq ewlenija; u jekk nixorbu mill-ilma tiegħek, jien u l-bhejjem tiegħi, inħallsek tiegħu. Kemm ngħaddi bil-mixi.”
20U wieġeb: “Ma tgħaddix.” U ħareġ Edom jilqagħhom b’forza qawwija u kotra ta’ nies.
21Hekk Edom ma riedx iħalli lil Iżrael jaqsam l-art tiegħu, u Iżrael qabad triq oħra ’l bogħod minnu.
Il-mewt ta’ Aron22U wlied Iżrael refgħu l-kamp minn Kades, u l-ġemgħa kollha waslu ħdejn il-muntanja Ħor.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.