1U ġara li malli Ġeremija temm jgħid lill-poplu kollu l-kliem kollu tal-Mulej Alla tagħhom, dan il-kliem kollu li l-Mulej Alla tagħhom bagħtu jgħidilhom
2Għażarija bin Ħosagħaja, Ġoħanan bin Kareħa, u n-nies kollha, kburin u xewwiexa, qalu lil Ġeremija: “Int qiegħed tigdbilna! Ma bagħtikx il-Mulej, Alla tagħna, tgħidilna: ‘La tmorrux l-Eġittu biex tgħammru hemm.’
3Bàruk bin Nerija qiegħed jgħawwik għalina biex jerħina f’idejn il-Kaldin ħalli joqtluna jew jeħduna fl-eżilju f’Babilonja.”
4U Ġoħanan bin Kareħa, u l-fizzjali kollha tal-eżerċtu, u l-poplu kollu ma semgħux minn kelmet il-Mulej biex joqogħdu fl-art ta’ Ġuda.Nabukodonosor u l-Eġittu
8U ġiet il-kelma tal-Mulej lil Ġeremija f’Taħfanħes u qallu:
9“Ħu f’idejk ġebel kbir u waħħlu fit-tajn fil-misraħ ta’ ħdejn bieb id-dar tal-Fargħun f’Taħfanħes, taħt għajnejn il-Lhud
10u għidilhom: ‘Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: Arawni, jien se nibgħat inġib lil Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, il-qaddej tiegħi. U hu jqiegħed it-tron tiegħu fuq dan il-ġebel li int waħħalt u jifrex il-baldakkin tiegħu fuqu.
12‘U t-tempji tal-allat tal-Eġittu jagħtihom in-nar u jaħraqhom; iġorrhom fl-eżilju; u jifli l-art tal-Eġittu, bħalma jifli r-ragħaj mantaru, u joħroġ minn hemm rebbieħ., li hemm fl-art tal-Eġittu; u d-djar tal-allat tal-Eġittu jagħtihom in-nar u jaħraqhom.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.