ĠENESI 31 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 31Ġakobb jaħseb biex jaħrab

1U Ġakobb sama’ x’kienu qegħdin jgħidu wlied Laban: “Ġakobb ħadilna kulma għandu missierna,

2għax dan il-ġid kollu għamlu minn ħwejjeġ missierna.” U Ġakobb beda jara li wiċċ Laban ma kienx għadu miegħu bħal qabel.

3U l-Mulej qal lil Ġakobb: “Erġa’ lura lejn art missirijietek u art twelidek, u jien inkun miegħek.”

14U Rakel u Lija weġbuh u qalulu: “Baqgħalna xi sehem jew wirt f’dar missierna?

15Ma aħniex qisna barranin għalih? Ma begħniex u kiel ukoll flusna?

16Il-ġid li Alla ħa mingħand missierna tagħna hu u ta’ wliedna. Mela issa kulma ordnalek Alla, agħmlu.”

17U Ġakobb qam u rikkeb lil uliedu u lin-nisa tiegħu fuq l-iġmla.

18U saq l-imrieħel kollha, u l-ġid kollu li kien kiseb - il-bhejjem kollha li kien rawwem f’Fiddien-aram - biex imur għand Iżakk missieru fl-art ta’ Kangħan.

19Laban kien mar iġiżż in-nagħaġ meta Rakel serqet it-terafim, l-idoli ta’ missierha.

43U Laban wieġeb lil Ġakobb u qallu: “Dawn il-bniet huma bnieti; u dawn is-subien huma wliedi, l-imrieħel huma mrieħel tiegħi, u kulma inti qiegħed tara hu tiegħi. X’nista’ nagħmel illum għal dawn il-bniet u l-ulied li huma wildu?

44Issa, ejja nagħmlu patt bejni u bejnek, u jkun xhud bejni u bejnek.”

45U Ġakobb qabad blata, u waqqafha bħala plier.Ġen 28,18; 35,14.

46U Ġakobb qal lil niesu: “Iġbru l-ħaġar.” U ġabru l-ħaġar u għamluh borġ; u għamlu ikla ħdejn il-borġ.

47Laban sejjaħlu: Ġegar-xaħduta, imma Ġakobb sejjaħlu Galgħed.

48U Laban qal: “Dan il-borġ ikun xhud bejni u bejnek illum,” u għalhekk sejjaħlu: Galgħed;

49u l-plier sejjaħlu Misfa, għassa, għax qal ukoll: “Ħa jgħasses il-Mulej bejni u bejnek, meta nitwarrbu minn xulxin.

50Jekk inti tgħakkes lil bnieti, jew tieħu nisa oħra barra wliedi, għalkemm ma hawn ħadd magħna jarana, Alla xhud bejni u bejnek.”

51U żied jgħid Laban lil Ġakobb: “Ara dan il-borġ u ara dan il-plier li jien waqqaft bejni u bejnek.

52Xhud dan il-borġ u xhud dan il-plier, li jien ma ngħaddix lejk ’l hemm minn dan il-borġ, u li int ma tgħaddix lejja ’l hawn minn dan il-borġ u dan il-plier, biex nagħmlu deni lil xulxin.

53Alla ta’ Abraham u Alla ta’ Naħor u Alla ta’ missierhom jagħmlu ħaqq bejnna,” u ħalef Ġakobb b’Alla, il-Biża’ ta’ missieru Iżakk.

54U offra Ġakobb sagrifiċċju fuq il-muntanja, u stieden lil qrabatu biex jieklu; u huma kielu u għaddew il-lejl fuq il-muntanja.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help