1 KRONAKI 29 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 29David iħeġġeġ il-poplu

1U David kellem lill-ġemgħa kollha: “Ibni Salamun - lilu waħdu Alla għażel - għadu tfajjel u dgħajjef, u x-xogħol hu kbir, għax dan mhuwiex xi palazz għal xi bniedem, imma għall-Mulej Alla.

3“U aktar, minħabba l-għaxqa tiegħi bid-dar ta’ Alla tiegħi, kulma għandi tad-deheb u l-fidda tajtu lid-dar ta’ Alla, minbarra dak li lestejt għas-santwarju:

4tlitt elef talent tad-deheb, deheb ta’ Ofir, u sebat elef talent tal-fidda fina għall-kisi tal-ħitan tas-swali;

6U l-kapijiet tad-djar ta’ missirijiethom, il-kapijiet tat-tribujiet ta’ Iżrael, u l-kmandanti tal-eluf u tal-mijiet, u s-suprentendenti tax-xogħol tas-sultan tħajru,

9U l-poplu feraħ bl-offerti minn rajhom, għax tassew taw minn qalbhom lill-Mulej, u feraħ ukoll David is-sultan b’ferħ kbir.

10U David bierek il-Mulej quddiem il-ġemgħa kollha u qal:

“Imbierek int, Mulej, Alla ta’ Iżrael, missierna,

minn dejjem għal dejjem.

11Tiegħek, Mulej, il-kobor u l-qawwa,

il-ġieħ, is-sebħ u t-tifħir:

kulma hemm fis-sema u fl-art.

Tiegħek is-saltna, Mulej,

int kap fuq kulħadd.

12Minnek l-għana u s-sebħ;

int taħkem fuq kollox.

F’idejk il-qawwa u s-saħħa;

f’idejk is-setgħa li tkabbar u ’l kulħadd issaħħaħ.

13U issa nfaħħruk, Alla tagħna,

u nsebbħu l-isem glorjuż tiegħek.

14“Iva, jien min jien u min hu dan il-poplu tiegħi biex stajna nagħtu daqshekk minn rajna? Għax kollox minnek ġej; u minn idejk nagħtuh lilek.

15Għax tassew frustieri aħna quddiemek, u barranin bħalma kienu missirijietna. Bħad-dell għomorna fuq l-art, u m’hemm xejn sod.

16“Mulej Alla tagħna, dan il-ġid kollu li ħejjejna għall-bini ta’ dar għall-isem qaddis tiegħek, minn idejk ġej, u kollu hu tiegħek.

17“Jiena naf, Alla tiegħi, li int tgħarbel il-qalb, u titgħaxxaq bis-sewwa. Jien b’qalb sinċiera tajt dan kollu minn rajja, u issa qiegħed nara dan il-poplu tiegħek li jinsab hawn joffrilek dan kollu ferħan minn qalbu.

18“Mulej, Alla ta’ Abraham, Iżakk, u Iżrael, missirijietna, żomm din il-fehma u ħsibijiet f’qalb il-poplu tiegħek, u iġbdilhom qalbhom lejk.

19“Lil ibni Salamun agħtih qalb sħiħa, biex iħares il-kmandamenti, il-preċetti u l-liġijiet tiegħek, u biex jagħmel minn kollox u jibni l-palazz li jien ħejjejt.”

20U David imbagħad qal lill-ġemgħa kollha: “Bierku lill-Mulej Alla tagħkom.” U l-ġemgħa kollha bierket lill-Mulej, Alla ta’ missirijiethom, u baxxew rashom u niżlu wiċċhom fl-art quddiem il-Mulej u quddiem is-sultan.

21U l-għada ta’ dak il-jum offrew vittmi lill-Mulej u sagrifiċċji tal-ħruq: elf gendus, elf muntun, elf ħaruf, bil-libazzjonijiet tagħhom, u kotra kbira ta’ vittmi għal Iżrael kollu., u dilkuh prinċep quddiem il-Mulej, u lil Sadok bħala qassis.

23U Salamun qagħad fuq it-tron tal-Mulej bħala sultan flok David missieru, u kellu r-riżq; u Iżrael kollu kien jisma’ minnu.

26U David bin Ġesse saltan fuq Iżrael kollu;

29U l-ġrajja ta’ David, mill-bidu sal-aħħar, jinsabu miktuba fil-ġrajja ta’ Samwel il-veġġent, u l-ġrajja ta’ Natan il-profeta, u l-ġrajja ta’ Gad il-veġġent,1 Sam 22,5; 1 Kron 21,9.

30flimkien mas-saltna tiegħu kollha, l-għemejjel qalbiena tiegħu, u kulma għadda minn għalih u minn Iżrael kollu u mis-saltniet kollha tal-artijiet l-oħra ta’ madwaru.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help