1 TIMOTJU 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2It-talb pubbliku

1Nitolbok l-ewwel nett li jsiru suppliki, orazzjonijiet, talb u radd il-ħajr għall-bnedmin kollha;

8Nixtieq li l-irġiel jitolbu kullimkien, jerfgħu ’l fuq idejn safja bla għadab u bla ġlied.

9Hekk ukoll nixtieq li n-nisa jiżżejnu bi lbies xieraq, bil-modestja u bl-għaqal, mhux b’xagħarhom midfur, anqas bid-deheb jew ġawhar jew ilbies lussuż,1 Pt 3,3-5.

10imma bl-għemil it-tajjeb, kif jixraq lil nisa li jridu jkunu twajbin.1 Tim 5,10.

11Il-mara għandha toqgħod titgħallem bil-kwiet u bl-umiltà kollha.1 Kor 14,34.

12Ma nħalli qatt li mara tgħallem jew li taħkem fuq ir-raġel; hi għandha toqgħod fis-skiet.

13Għax Adam ġie magħmul l-ewwel, imbagħad Eva.Ġen 1,27; 2,7-22; 1 Kor 11,8-9.

14U ma kienx Adam li safa mqarraq; kienet il-mara li, wara li kienet imqarrqa, waqgħet fil-ħtija.Ġen 3,6-13; 2 Kor 11,3.

15Madankollu hi ssalva bil-maternità tagħha sakemm tibqa’ tgħix fil-fidi, fl-imħabba, fil-qdusija u fil-modestja.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help