2 SAMWEL 13 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 13Id-dnub ta’ Amnon

1Ġara li Absalom bin David kellu oħtu, tifla sabiħa, li kien jisimha Tamar, u Amnon bin David kien iħobbha.

4U qallu: “Għaliex ta’ kull filgħodu tkun hekk mitluq, bin is-sultan? Ma tgħidlix?” U Amnon wieġbu: “Inħobb lil Tamar, oħt Absalom ħija.”

5U Ġonadab wieġbu: “Mur imtedd f’soddtok, u agħmel tabirruħek marid. Imbagħad jiġi jarak missierek u għidlu: ‘Ħa tiġi Tamar oħti tħejjili l-ikel, u ssajjarli l-ikel taħt għajnejja, biex jien naraha, u niekol minn idejha.”

6U Amnon inxteħet fis-sodda, u għamilha tabirruħu marid; u s-sultan ġie jarah, u Amnon qal lis-sultan: “Ħa tiġi Tamar, oħti, u ssajjarli żewġ ftajjar taħt għajnejja, u niekol minn idejha.”

7U David bagħat jgħid lil Tamar id-dar: “Mur id-dar ta’ ħuk Amnon, u ħejjilu l-ikel.”

8U Tamar marret fid-dar ta’ ħuha Amnon, li kien mixħut fis-sodda. Ħadet l-għaġina, għaġnitha u għamlitha ftajjar quddiemu, u sajrithom.

9Imbagħad qabdet it-taġen u qalbithom quddiemu, imma ma riedx jiekol. U Amnon qalilha: “Ibgħat lil kulħadd minn ħdejja.” U kulħadd ħareġ minn ħdejh.

10Imbagħad Amnon qal lil Tamar: “Ħu l-ikel fil-kamra ta’ ġewwa ħalli niekol minn idejk.” U Tamar ħadet il-ftajjar li kienet lestiet u ħadithom lil ħuha Amnon fil-kamra ta’ ġewwa.

11Xħin ressqithomlu quddiemu, qabadha u qalilha: “Ejja mtedd miegħi, oħt!”

12U hi qaltlu: “Le, ħija, la tkasbarnix għax dan ma jistax isir f’Iżrael; la tagħmilx dan il-ġenn.

19U Tamar qabdet it-trab u xeħtitu fuq rasha, ċarrtet il-libsa twila li kellha fuqha, u qiegħdet idejha fuq rasha, u telqet tiġri u twerżaq.

20U Absalom ħuha staqsieha: “Jaqaw Amnon kien miegħek? Issa, oħti, oqgħod bi kwietek; għax ħuk hu! La ssorrhiex f’qalbek din il-ħaġa.” U Tamar baqgħet tgħammar b’qalbha maqsuma f’dar Absalom ħuha.

21U s-sultan David sama’ b’kulma ġara, u għadab bis-sħiħ. Imma ma riedx jagħmel ħsara lil Amnon, billi kien ibnu l-kbir, u kien iħobbu.

22U Absalom lil Amnon ma kellmu xejn, la tajjeb u lanqas ħażin; imma sar jobogħdu talli kasbar lil Tamar oħtu.

Il-mewt ta’ Amnon

23U ġara li sentejn wara kien hemm il-ġeżż tan-nagħaġ ta’ Absalom f’Bagħal-ħasor li tinsab f’Efrajm, u Absalom stieden lill-ulied kollha tas-sultan..

28U ta ordni lill-qaddejja u qalilhom: “Oqogħdu attenti biex meta Amnon qalbu tkun ferħana bl-inbid, u jien ngħidilkom: ‘Aħbtu għal Amnon,’ aqbduh u oqtluh. La tibżgħux; għax qiegħed nordnalkom jien. Agħmlu l-ħila u kunu nies qalbiena!”. U l-għassies mar jgħarraf lis-sultan, u jgħidlu: “Rajt xi nies nieżla mal-ġenb tal-għolja mit-triq ta’ Ħoronajm.”

35U Ġonadab qal lis-sultan: “Arahom ġejjin ulied is-sultan; ġara bħalma qallek il-qaddej tiegħek.”

36U malli temm kliemu, arahom, waslu wlied is-sultan, u bdew jgħajtu u jibku. U bkew is-sultan u l-qaddejja tiegħu biki kbir ħafna.

37aAbsalom ħarab, u mar għand Talmaj bin Għammiħud, sultan ta’ Gesur.2 Sam 3,3; 15,8.

38U baqa’ hemm tliet snin.

37U s-sultan baqa’ mbikki għal ibnu għal dan iż-żmien kollu.

David isejjaħ lura lil Absalom

39U s-sultan David kellu qalbu mittiekla mix-xewqa li jersaq lejn Absalom, għax kien stabar wara l-mewt ta’ Amnon.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help