1“L-għala Xaddaj iżomm moħbija ż-żminijiet,
u dawk li jħobbuh ma jarawx jiem il-ħaqq?
2Il-ħżiena jneħħu s-sinjali ta’ qsim l-għelieqi,
jisirqu l-imrieħel u jirgħuhom huma.
3Jieħdu l-ħmar tal-iltim,
u jżommu b’rahan il-barri tal-armla.
9Jaħtfu l-iltim minn sider ommu
u jżommu b’rahan it-tifel tal-fqir.
4Ikeċċu mit-triq tagħhom l-imsejkna,
u l-fqar tal-pajjiż ikollhom jinħbew.
5Bħal ħmir fix-xagħri joħorġu
jitħabtu ħa jsibu l-ikel tagħhom,
ix-xagħri jitmgħalhom ’l uliedhom.
6Jaħsdu għelieqi li mhumiex tagħhom,
ilaqqtu mid-dwieli tal-għonja.
7Jgħaddu l-lejl għerja mingħajr għata,
m’għandhomx ilbies x’jilqgħalhom il-ksieħ.
8Jixxarrbu għasra bix-xita tal-muntanji,
jitrekknu mal-blat għax m’hemmx fejn jistkennu.
10Jiġġerrew għerja mingħajr ilbies,
imorru bil-ġuħ bil-qatet f’idejhom.
11Jisħqu fil-magħsar iż-żebbuġ,
jagħsru l-għeneb, u mejta bil-għatx.
12Fil-belt jokorbu dawk li qed imutu,
griżmejn il-feruti jgħajtu għall-għajnuna,
u Alla ma jagħtix kas tat-talba tagħhom.
13Hemm uħud li rvillaw għad-dawl,
li ma jridux jafu bi triqatu
u f’mogħdijietu ma jżommux.
14Iqum qabel jisbaħ l-assassin,
biex joqtol il-fqir u l-imsejken.
Billejl iħuf il-ħalliel,
16ajiżgassa d-djar fis-satra tad-dlam.
15Iż-żieni wkoll jistenna d-dlam,
jgħid lilu nnifsu: “Ħadd ma jarani”,
u jqiegħed maskra ma’ wiċċu.
16bBinhar jinqaflu ġewwa
dawn li ma jridux jafu bid-dawl.
17Għalihom ilkoll dlam hi l-għodwa,
malli jisbaħ jaqbadhom il-biża’.
25Jekk mhux hekk min ġej igiddibni,
u jġib fix-xejn l-argument tiegħi?”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.