1Għall-mexxej tal-kor. Salm ta’ David.
2Isma’, o Alla, leħen it-tnehid tiegħi;
mill-biża’ tal-għadu ħarisli ħajti.
3Aħbini mill-konfoffa tal-ħżiena,
mit-tixwix ta’ dawk li jagħmlu l-ħażen,
4dawk li jsinnu bħal sejf ilsienhom,
jitfgħu kliem iebes bħal vleġeġ,
5biex mill-moħba jolqtu ’l min hu bla ħtija,
jolqtuh għal għarrieda, bla biża’ ta’ xejn.
6Moħħhom sħiħ fil-ħsieb ħażin tagħhom,
jiftiehmu kif jonsbu bil-moħbi,
u jgħidu: “Min se jarana?”
7Ifittxu l-ħażen, ifasslu pjan maħsub sewwa.
Min jifhem moħħ u qalb il-bniedem?
8Imma Alla bil-vleġeġ jolqothom;
f’daqqa waħda jimtlew kollhom ġrieħi.
9Minħabba lsienhom isiru ħerba;
kull min jarahom iħarrek rasu.
10U lkoll jimtlew bil-biża’ ta’ Alla, u għemilu jxandru,
u jifhmu sewwa kulma għamel.
11Jifraħ il-ġust fil-Mulej u fih jistkenn;
jiftaħru dawk kollha ta’ qalbhom safja.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.