2 SLATEN 25 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 25Il-qerda ta’ Ġerusalemm u l-eżilju ta’ Ġuda

1Fid-disa’ sena tas-sultan ta’ Sedekija fl-għaxar xahar, fl-għaxra tax-xahar, Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, tala’ għal Ġerusalemm, hu u l-eżerċtu tiegħu kollu, waqqaf il-kamp quddiemha, u tella’ ħajt dawramejt magħha., meta l-ġuħ kien qabad jaħkem sewwa fuq il-belt, u ma kienx hemm aktar ħobż għan-nies tal-pajjiż,

4infetħet tiċrita fis-swar tal-belt, u s-sultan, bis-suldati kollha miegħu, ħarab billejl billi għadda mill-bieb ta’ bejn iż-żewġ ħitan li kien jagħti għall-ġnien tas-sultan; u, waqt li l-Kaldin kienu jdawru l-belt minn kull naħa, hu qabad it-triq tal-Għaraba.

5Is-suldati Kaldin telqulha għal wara s-sultan, u qabduh fil-wita ta’ Ġeriko, fejn l-eżerċtu kollu tiegħu tferrex ’il bogħod minnu.

6Is-sultan qabduh u ħaduh f’Ribla għand is-sultan ta’ Babilonja, u dan qatagħlu s-sentenza.

18U l-kmandant tal-għases ħa wkoll lil Xeraja, il-qassis il-kbir, u lil Sefonija, il-qassis ta’ warajh, u tliet għassiesa tal-bieb.2 Slat 23,4.

19U mill-belt ħa wieħed uffiċjal, li kien jieħu ħsieb in-nies tal-gwerra, u ħamest irġiel li kienu midħla tas-sultan li kienu jinsabu l-belt, u s-segretarju tal-kmandant tal-eżerċtu li kien jikteb in-nies tal-pajjiż fl-eżerċtu, u sittin raġel tal-pajjiż, li kienu nstabu fil-belt mill-poplu.

20Lil dawn ilkoll Nebużaradan, il-kmandant tal-għases, ħadhom u ġiebhom għand is-sultan ta’ Babilonja f’Ribla.

21U s-sultan ta’ Babilonja darabhom, u qatilhom f’Ribla fl-art ta’ Ħamat. Hekk Ġuda kien itturufnat ’il bogħod minn artu.

Gedalija gvernatur ta’ Ġuda

22Il-poplu li baqa’ f’art Ġuda, li kien ħalla Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, għamlilhom fuqhom gvernatur lil Gedalija bin Aħikam, bin Safan.Ġer 50,5.7.

23Il-fizzjali tal-eżerċtu semgħu, huma u n-nies tagħhom, li s-sultan ta’ Babilonja qiegħed lil Gedalija gvernatur, u ġew għand Gedalija f’Misfa: Ismagħel bin Netanija, Ġoħanan bin Kareja, Xeraja bin Tanħumet minn Netufa, Ġeżanija bin wieħed Magħkti, huma u n-nies tagħhom.

24U Gedalija ħalfilhom, lilhom u n-nies tagħhom, u qalilhom: “La tibżgħux mill-qaddejja tal-Kaldin; oqogħdu fil-pajjiż; u servu lis-sultan ta’ Babilonja, u jkollkom ir-risq.”

25Imma fis-seba’ xahar ġie Ismagħel bin Netanija, bin Elisama, minn nisel is-sultan, b’għaxart irġiel miegħu, u darbu lil Gedalija u dan miet, hu u l-Lhud, u l-Kaldin li kienu miegħu f’Misfa.

26U l-poplu kollu, mill-kbir saż-żgħir, u l-fizzjali tal-eżerċtu qabdu u rħewlha lejn l-Eġittu għax beżgħu mill-Kaldin.

Is-sultan Ġeħojakin f’Babilonja

27U ġara li fis-sena sebgħa u tletin tal-eżilju ta’ Ġeħojakin, sultan ta’ Ġuda, fit-tnax-il xahar, fis-sebgħa u għoxrin tax-xahar, Ewilmerodak, is-sultan ta’ Babilonja, fis-sena li laħaq sultan, rafa’ ras is-sultan Ġeħojakin u ħarġu mill-ħabs.Ġer 52,31-34.

28U beda jkellmu bil-ħlewwa u qegħedlu t-tron ’il fuq mit-tronijiet tas-slaten l-oħra, li kienu miegħu f’Babilonja.

29B’hekk Ġeħojakin seta’ jbiddel ħwejġu li kellu fil-ħabs, u beda jiekol kuljum miegħu tul għomru kollu.

30U l-ikel tiegħu ta’ kuljum kien jingħatalu mingħand is-sultan, is-sehem ta’ kuljum f’jiemu, tul il-jiem kollha ta’ ħajtu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help