DEWTERONOMJU 13 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 13

1“Kulma ordjantilkom, qisu li tagħmluh. Iżżidu xejn miegħu, tnaqqsu xejn minnu.Tħallux lil Alla tagħkom

2“Jekk iqum f’nofsok xi profeta jew ħalliem, u jgħidlek li jagħtik sinjal jew għaġeb,

5“Intom għandkom timxu wara l-Mulej, u minnu tibżgħu, u l-kmandamenti tiegħu tħarsu, u leħnu tisimgħu, u lilu taqdu, u miegħu tingħaqdu.

6“Profeta bħal dan, jew ħalliem bħal dan, agħtuh il-mewt, għax ikun xewwixkom bi kliemu kontra l-Mulej, Alla tagħkom, li ħariġkom mill-art tal-Eġittu u fdiekom minn dar il-jasar, biex ibiegħdek mit-triq li wissiek il-Mulej, Alla tiegħek, li tgħaddi minnha. Hekk teqred il-ħażen minn ġo nofsok.

7“Jekk ħuk, bin missierek jew bin ommok, jew ibnek jew bintek, jew il-mara li tistrieħ fi ħdanek jew ħabibek, li tqisu bħalek innifsek, jgħawwik bil-moħbi u jgħidlek: ‘Ħa mmorru nservu lil allat oħra’ - allat li ma tafx bihom, la int u lanqas missirijietek,

8l-allat tal-ġnus ta’ madwarek, qrib tiegħek jew ’il bogħod minnek, minn tarf għal ieħor tal-art -

9toqgħodx għalih u lanqas tisimgħu, lanqas jitħassruh għajnejk, u la taħmlu u lanqas tostru.

10Imma għandek toqtlu, u l-ewwel ma terfa’ idek int biex toqtlu, u mbagħad il-poplu kollu.

11Int tħaġġru sa ma jmut, għax ikun fittex li jaqtgħek mill-Mulej, Alla tiegħek, li ħarġek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar.

12U jisma’ Iżrael kollu, u jibża’, u ma jibqax jagħmel ħażen bħal dan f’nofsok.

13“Jekk f’xi waħda mill-ibliet, li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik biex tgħammar fihom, tismagħhom jgħidu

14li ħarġu xi nies ħżiena minn nofsok u xewxu lin-nies tal-ibliet u qalulhom: ‘Ħa mmorru nservu allat oħra, li ma nafux bihom,’

15fittex għarbel u staqsi sewwa. Jekk issib li dan hu minnu, li hekk hu tassew, li saret din il-ħaġa moqżieża f’nofsok,

16oqtol għalkollox b’xifer ix-xabla n-nies ta’ din il-belt u ixħetha għall-qerda, lilha b’kulma fiha u l-bhejjem tagħha b’xifer ix-xabla.Ġoż 6,17-18.24; 7,26; 8,28.

17U tiġbor il-ġid kollu tagħha f’nofs il-pjazza, u taħraq bin-nar il-belt u l-ġid tagħha b’offerta sħiħa lill-Mulej, Alla tiegħek, u tibqa’ ħerba għal dejjem u ma tibniha qatt.

18Xejn ma għandu jeħel ma’ idejk minn dak li jkun għall-qerda, biex il-Mulej jerġa’ lura mill-korla tiegħu, u jagħmel ħniena miegħek, u jħenn għalik u jkattrek, bħalma wiegħed lil missirijietek

19għax tkun smajt leħen il-Mulej, Alla tiegħek, u ħarist l-ordnijiet kollha li jien qiegħed nordnalek illum, u qiegħed tagħmel dak kollu li jogħġob lill-Mulej, Alla tiegħek.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help