3 ĠWANNI Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn l-ittraIt-tielet ittra ta’ Ġwanni qisha bħal kartolina mibgħuta minn ħabib lil ieħor.Filwaqt li jfaħħar lil Gaju għall-ġenerożità tiegħu mal-missjunarji ta’ żmienu, Ġwanni jrid ipoġġi lil ħabibu bħala mudell ta’ kif għandhom iġibu ruħhom l-insara. Gaju kien mhux biss jilqa’ għandu lill-vjaġġaturi li jkunu fi triqthom biex jevanġelizzaw, imma kien ukoll jipprovdilhom għall-ħtiġiet tagħhom.Mill-banda l-oħra, Ġwanni jikkritika lil Dijotrefi li jaġixxi bil-maqlub ta’ Gaju. Kien wieħed li jħobb juri ruħu u jwarrab it-twissijiet tal-mexxejja ewlenin. Lanqas ma kien jilqa’ lill-missjunarji, anzi kien ikeċċihom.Ġwanni jagħlaq billi jfaħħar lil membru ieħor tal-Knisja, Demetriju, li kien miġjub minn kulħadd.Għażiż, timxix fuq il-ħażin, imma fuq it-tajjeb. Min jagħmel it-tajjeb ġej minn Alla; min jagħmel il-ħażin ma rax lil Alla (11).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1-4)Tifħir għal Gaju (5-8)Dijotrefi kkundannat (9-10)Demetriju mfaħħar (11-12)Konklużjoni (13-15)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help