1Fl-ewwel sena ta’ Ċiru, sultan tal-Persja, biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej minn fomm Ġeremija, il-Mulej qanqal lil Ċiru, sultan tal-Persja, biex joħroġ proklama fis-saltna tiegħu kollha, saħansitra bil-miktub, li tgħid:
7U s-sultan Ċiru ħareġ l-oġġetti tat-tempju tal-Mulej li Nabukodonosor kien ġieb minn Ġerusalemm biex qegħedhom fit-tempju tal-allat tiegħu.
8Ħariġhom Ċiru, sultan tal-Persja, permezz ta’ Mitredat, it-teżorier, u dan għaddhom quddiem Sesbassar, il-prinċep ta’ Ġuda.
9Din hi l-lista tagħhom: tletin bieqja tad-deheb, elf bieqja tal-fidda, disgħa u għoxrin ċensier,
10tletin reċipjent tad-deheb, erba’ mija u għaxar reċipjenti tal-fidda ta’ xorta oħra, elf reċipjent ieħor.
11Ir-reċipjenti tad-deheb u tal-fidda kienu ħamest elef u erba’ mija. Sesbassar ħa miegħu dan kollu meta talla’ lill-eżiljati minn Babilonja lejn Ġerusalemm.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.