ĠUDITTA 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Il-ġnus tal-Punent iċedu

1Għalhekk dawn bagħtu messaġġiera biex jitolbu l-paċi u jgħidulu:

2“Arana, aħna l-ilsiera tas-Sultan il-Kbir Nabukodonosor, hawn mixħutin quddiemek, agħmel minna kif jogħġob lilek.

3Ara, l-għamajjar tagħna, l-art tagħna, ir-raba’ bil-qamħ u l-imrieħel, il-baqar, l-imqawel kollha bl-għerejjex kollha tagħhom f’idejk, agħmel bihom li trid.

4Ara, u l-ibliet ukoll u n-nies tagħhom li joqogħdu fihom, kollha lsiera tiegħek, ejja u agħmel minnhom li jogħġbok.”

5Kif waslu dawn il-messaġġiera għand Oloferne, ħabbrulu dan kollu.

6Imbagħad niżel lejn ix-xatt, hu u l-eżerċtu tiegħu, u qiegħed gwarniġjun ta’ suldati fl-ibliet iffortifikati tagħhom, u minnhom ħa miegħu għall-ġlied irġiel magħżula.

7U huma u l-ġirien tagħhom laqgħuh bil-kuruni, żfin u timpani.

8U hu ħatt it-tempji u ħasad l-imsaġar imqaddsa kollha tagħhom, għax hu kellu l-ordni li jeqred l-allat kollha ta’ dawn l-artijiet tagħhom biex il-ġnus kollha jaduraw lil Nabukodonosor waħdu, u l-ilsna u r-razez kollha jsejħulu alla.L-invażjoni ta’ art Iżrael

9Minn hemm mar sa Esdrelon, qrib Dotajn, li tinsab biswit is-sinsla tal-għoljiet tal-Lhudija;

10hawn waqqaf il-kamp bejn Geba u Xitopoli, u għadda xahar sħiħ biex jiġbor il-provvisti.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help