LUQA 21 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 21L-offerta tal-armla(Mk 12,41-44)

1Rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju.

2U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus,

3u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll.; iżda Ġesù qalilhom:

6“Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.”

7U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?”

8Qalilhom: “Araw li ma titqarrqux. Għax għad jiġu ħafna f’ismi u jgħidu, ‘Jien hu,’ u, ‘Iż-żmien wasal.’ Tmorrux warajhom!Il-miġja ta’ Bin il-bniedem(Mt 24,29-31; Mk 13,24-27)

25“U jkun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb. Il-ġnus fuq l-art, b’qalbhom ittaqtaq, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ; hi fil-qrib.”Tagħlima mis-siġra tat-tin(Mt 24,32-35; Mk 13,28-31)

29U qalilhom parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra.

30Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib.

31Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib.

32Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu.

33Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.Ishru

34“Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda.

37Matul il-jum Ġesù kien joqgħod jgħallem fit-tempju, iżda filgħaxija kien joħroġ barra mill-belt lejn l-Għolja taż-Żebbuġ biex jgħaddi l-lejl hemmhekk.Lq 19,47; 22,39.

38Filgħodu mbagħad il-poplu kollu kien imur kmieni fit-tempju biex jisimgħu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help