1Għanja tat-Telgħat.
Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej:
2isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!
Ħa jkunu widnejk miftuħa,
jiena u nitolbok bil-ħniena.
3Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej,
Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?
4Imma għandek hemm il-maħfra,
biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek.
5Jien lill-Mulej nistenna,
ruħi f’kelmtu tittama.
6Tistenna ruħi lil Sidi,
aktar milli l-għassiesa s-sebħ.
Aktar milli l-għassiesa s-sebħ,
7jistenna Iżrael lill-Mulej!
Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba,
u l-fidwa għandu bil-kotra.
8Hu li jifdi lil Iżrael
minn ħtijietu kollha.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.