1Il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejh,
2u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. bix-xufftejn biss jagħtini
ġieħ, imma qalbhom hija ’l bogħod minni.
7 Fiergħa hi l-qima li jagħtuni;
jgħallmu duttrina
li mhijiex għajr preċetti tal-bnedmin.’
8Hekk intom, twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin.”
9U qalilhom: “Ħelu ħelu ġġibu fix-xejn il-kmandamenti ta’ Alla biex tħarsu t-tradizzjoni tagħkom.
10Mosè qal, ‘Weġġaħ lil missierek u ’l ommok’ u ‘min iżeblaħ lil missieru jew ’l ommu għandu jieħu l-mewt’.’ (jiġifieri, offerta)’
12intom mbagħad ma tħalluh jagħmel xejn iżjed għal missieru jew ommu,
13u hekk iġġibu fix-xejn il-kelma ta’ Alla bit-tradizzjoni li tgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra. U bosta ħwejjeġ oħra bħal dawn tagħmlu.”
X’inhu li jtabba’ lill-bniedem(Mt 15,10-20)14Raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni!
15Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem.”
17Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola.. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba,
25għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh. min-nisel tagħha. Bdiet mela titolbu biex ikeċċi x-xitan minn ġo bintha.
27U hu qalilha: “L-ewwel ħa jixbgħu l-ulied, għax mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi.”
28Iżda hi weġbitu u qaltlu: “Hekk hu, Mulej; imma taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tat-tfal.”
29Imbagħad qalilha: “Għal din il-kelma li għedt, mur, ix-xitan ħareġ minn bintek.”
30U xħin marret id-dar, sabet it-tifla mimduda, u x-xitan kien ħareġ minnha.
Ġesù jfejjaq trux u mbikkem31Raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli.
32U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu.,” jiġifieri, “Infetaħ!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.