MALAKIJA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebLejn l-aħħar tas-seklu 5 QK, il-poplu kollu kien reġa’ lura mill-eżilju, u l-bini tat-tempju kien lest. Il-Profeta Malakija beda jħabbar qabel ma Esdra u Neħemija kienu reġgħu lura Ġerusalemm.Minkejja li t-tempju kien lest u kien qed jintuża, il-qima tal-poplu xejn ma kienet skont ix-xewqat ta’ Alla. Is-sagrifiċċji li kienu joffru l-qassisin f’isem il-poplu kienu nieqsa mis-sinċerità u r-rispett li kienet tixraq lil Alla. L-offerti u s-sagrifiċċji xejn ma kellhom dekor li jixraq lil Alla setgħan u ħellies.Il-qassisin tat-tempju kienu qed jaħqru lill-foqra u l-batuti u dawk li ma kellhomx min jaqbeż għalihom. Kienu żminijiet iebsa għall-poplu li kien qiegħed ibati tassew. Qatgħu qalbhom u naqsu mill-fidi fil-wegħda ta’ futur aħjar.Il-Profeta Malakija sfida lill-poplu, speċjalment lill-mexxejja, biex ikunu leali lejn il-patt ta’ Alla ma’ Iżrael. Fakkarhom li kellhom joffru lil Alla sagrifiċċji sinċiera u mill-qalb. Ilkoll kellhom jagħtu sehem mill-ħsad lill-Mulej u kull min seta’ kellu jgħin lil min kien fil-bżonn, u Alla jbierku żgur.Imma għalikom li tibżgħu minn ismi titla’ x-xemx tal-ġustizzja, bis-salvazzjoni fuq ġwenħajha; u intom toħorġu taqbżu qiskom għoġiela tal-mandra (3,20).It-taqsim tal-ktiebId-dnubiet ta’ Iżrael (1,1—2,16)Il-ġudizzju ta’ Alla u l-ħniena tiegħu (2,17—4,6)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help