1Għax dan Melkisedek, sultan ta’ Salem u qassis ta’ Alla l-għoli, xħin Abraham kien ġej lura mix-xebgħa li kien ta lis-slaten, ħareġ jiltaqa’ miegħu u bierku;”, imbagħad “Sultan ta’ Salem”, jiġifieri, sultan tas-sliem.
3Hu jidher bla missier, bla omm, bla nisel, qisu la għandu bidu u lanqas tmiem ta’ ħajtu. Imma, biex ikun jixbah lill-Iben ta’ Alla, jibqa’ qassis għal dejjem.
4Araw mela kemm hu kbir dak li lilu l-patrijarka Abraham tah l-għexur mill-aħjar tal-priża!
5Tassew li dawk fost ulied Levi li jieħdu s-saċerdozju għandhom ukoll l-ordni mil-Liġi li jieħdu l-għexur mingħand il-poplu, jiġifieri, mingħand ħuthom, għalkemm dawn ukoll imnisslin minn Abraham; meta Melkisedek iltaqa’ miegħu.
11Issa, kieku l-perfezzjoni kellha tkun bis-saħħa tas-saċerdozju ta’ Levi - għax kien minħabba fih li l-poplu ħa l-Liġi - xi bżonn kien hemm li jqum qassis ieħor li jissejjaħ skont l-ordni ta’ Melkisedek u mhux skont l-ordni ta’ Aron?
12Għax jekk jitbiddel is-saċerdozju, jeħtieġ li titbiddel ukoll il-Liġi.
13U dak li fuqu jingħadu dawn il-ħwejjeġ hu minn tribù ieħor, li minnu qatt ma kien hemm ħadd mogħti għas-servizz tal-artal.
14Għax hu magħruf li l-Mulej tagħna ġej mit-tribù ta’ Ġuda, li fuqu Mosè qatt ma qal xejn meta tkellem fuq is-saċerdozju.
15Dan jidher wisq aktar ċar fil-każ li l-qassis l-ieħor, li jiġi, ikun jixbah lil Melkisedek,
16hu li sar qassis mhux b’liġi tan-nisel tal-ġisem, imma bil-qawwa ta’ ħajja li ma tintemmx.
17Għax għalih tixhed l-Iskrittura:
“Int qassis għal dejjem
skont l-ordni ta’ Melkisedek.”
18Għalhekk tħassar il-kmandament ta’ qabel, għax hu dgħajjef u bla siwi,
19billi l-Liġi xejn ma wasslet għall-perfezzjoni; imma daħlet tama aħjar li biha aħna noqorbu lejn Alla.
20U dan ma sarx bla ġurament; għax waqt li dawk saru qassisin bla ġurament,
21dan, għall-kuntrarju, sar qassis bil-ġurament, skont il-kelma ta’ dak li għalih qal:
“Ħalef il-Mulej,
u ma jisgħobx bih:
Int qassis għal dejjem.”
22Daqshekk ieħor hu aqwa l-patt li tiegħu Ġesù hu l-medjatur.
26Dan hu, tabilħaqq, il-qassis il-kbir li kien jgħodd għalina: qaddis, innoċenti, safi, maqtugħ mill-midinbin, merfugħ ’il fuq mis-smewwiet;
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.