NUMRI 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15L-offerti u s-sagrifiċċji

1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

2“Kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: Meta tidħlu fl-art li se nagħtikom biex toqogħdu fiha,

3intom tagħmlu offerti bil-ħruq quddiem il-Mulej; sagrifiċċju tal-ħruq, jew sagrifiċċju b’wegħda jew xi offerta minn rajkom jew fil-festi tagħkom; meta toffru sagrifiċċju, b’riħa tfuħ, mill-baqar jew min-nagħaġ,

4min iressaq l-offerta quddiem il-Mulej għandu joffri l-għaxar waħda ta’ efa smid imħallat bi kwart ta’ ħinn żejt.

5Meta toffri sagrifiċċju tal-ħruq jew sagrifiċċju ieħor iżżid kwart ta’ ħinn inbid għal-libazzjoni ma’ kull ħaruf;

6u ma’ kull muntun toffri tnejn minn għaxra ta’ smid imħallat ma’ waħda minn tlieta ta’ ħinn żejt;

7u żżid waħda minn tlieta ta’ ħinn inbid għal-libazzjoni. Hekk toffri riħa li tgħaxxaq quddiem il-Mulej.

8“Meta toffri xi għoġol għas-sagrifiċċju tal-ħruq, jew sagrifiċċju ieħor b’wegħda, jew sagrifiċċju tas-sliem lill-Mulej,

9mal-għoġol tagħmel offerta ta’ tlieta minn għaxra ta’ efa ta’ smid imħallat b’nofs ħinn żejt,

10u magħha toffri wkoll nofs ħinn inbid għal-libazzjoni. Dan hu sagrifiċċju tal-ħruq b’riħa li tgħaxxaq lill-Mulej.

11“Hekk għandkom tagħmlu għal kull gendus, għal kull muntun, għal kull ħaruf, u għal kull gidi.

12Ikunu kemm ikunu l-vittmi li toffru, hekk għandkom tagħmlu ma’ kull waħda minnhom.

13Hekk għandu jagħmel kull min hu mill-pajjiż kull meta joffri xi sagrifiċċju b’riħa li tgħaxxaq lill-Mulej.

14Il-barrani li jkun jgħammar f’nofskom jew xi ħaddieħor li jkun qiegħed f’nofskom matul iż-żminijiet, u jkun irid joffri sagrifiċċju tal-ħruq b’riħa li tgħaxxaq lill-Mulej, għandu jagħmel kif tagħmlu intom.

15“Liġi waħda għall-ġemgħa kollha tagħkom u għall-barrani; liġi għal dejjem għall-ġenerazzjonijiet kollha tagħkom, sew għalikom sew għall-barrani, li jkun fostkom quddiem il-Mulej. li l-Mulej ordna lil Mosè -Ksur il-liġi tas-Sibt

32Ġara li kienu wlied Iżrael fid-deżert, u sabu raġel li kien qiegħed jiġbor il-ħatab f’jum is-Sibt..

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help