EŻEKJEL 35 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 35L-oraklu kontra Edom

1Ġara li ġiet fuqi l-kelma tal-Mulej, u qalli:

2“O bniedem, dawwar wiċċek lejn il-muntanja ta’ Xegħir,

u ħabbar kontriha,

3u għidilha:

‘Dan jgħid Sidi l-Mulej:

Arani! Jien kontrik, muntanja ta’ Xegħir,

kontrik immidd idi,

u nagħmel minnek ħerba fuq ħerba.

4Blietek nagħmilhom ħerba,

u ħerba ssir minnek!

U mbagħad tkun taf li jien il-Mulej!

5“Int dejjem kellek l-odju għal ulied Iżrael u rħejthom għall-qawwa tax-xabla fi żmien il-qerda tagħhom, fi żmien l-aħħar ħtija.

6“Għalhekk, daqs kemm jien ħaj, oraklu tal-Mulej, għad-demm ħejjejtek, u d-demm jiġri warajk; int bgħadt lil demmek u d-demm għad jiġri warajk. huma tiegħi u rrid neħodhom’, għalkemm kien hemm il-Mulej;

11għalhekk, daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, inġib ruħi miegħek skont l-għadab u l-għira tiegħek, li bihom ġibt ruħek magħhom skont il-mibegħda tiegħek, u nurik x’jien meta nagħmel ħaqq minnek.

12U tkun taf li jien il-Mulej. Smajt it-tagħjir kollu li int lissint kontra l-muntanji ta’ Iżrael meta għedt: ‘Saru ħerba! Hekk lesti għalina biex nibilgħuhom.’

13“Tkabbartu kontrija b’fommkom u kattartu kliemkom kontrija, u jiena smajt.

14“Dan jgħid Sidi l-Mulej: Bħalma fraħt int minħabba l-ħerba ta’ arti, hekk nagħmel lilek.

15Bħalma fraħt int bit-tħarbit tal-wirt ta’ dar Iżrael, hekk nagħmel minnek.

Ħerba għad tkun il-muntanja ta’ Xegħir

u Edom kollu jisfa’ fix-xejn.

U mbagħad ikunu jafu li jien il-Mulej.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help