17 17 Imbagħad is-sultan staqsieha: “X’għandek sultana Ester, x’inti titlob, imqar nofs is-saltna tiegħi, nagħtihulek.”
18 18 Ester wieġbet: “Jekk jogħġob lis-sultan, ħa jiġi s-sultan u Ħaman illum għall-pranzu li jien ħejjejt għalih.”
19 19 Is-sultan ordna: “Fittxu malajr lil Ħaman biex isir kif qalet Ester. U s-sultan u Ħaman marru għall-pranzu ta’ Ester.
20 20 Huma u jixorbu l-inbid, is-sultan staqsa lil Ester: “X’inhu li qiegħda titlob, ħa nagħtihulek? X’tixtieq? Imqar nofs saltnati, nagħtihielek.”
21 21 Ester wieġbet: “Dan hu li qiegħda nitlob, u dan li nixtieq:
22 22 jekk sibt grazzja f’għajnejn is-sultan u jekk jogħġbu, ħa jagħtini li qiegħda nitlob, u jagħmel li nixtieq; ħa jiġi għada s-sultan flimkien ma’ Ħaman għall-pranzu li se nagħmel għalihom, u għada nagħmel skont ma jgħid is-sultan.”
Ħaman jiddeċiedi li joqtol lil Mordekaj23 23 Dakinhar Ħaman ħareġ hieni u b’qalbu ferħana; kif lemaħ lil Mordekaj f’bieb il-palazz bla ma qam u lanqas biss iċċaqlaq minn postu, Ħaman imtela bl-għadab għalih.
28 28 U weġbuh, martu Żeres u ħbiebu lkoll: “Ħa jtellgħu forka għolja ħamsin driegħ, u għada filgħodu għid lis-sultan biex idendel lil Mordekaj magħha; u mbagħad mur kuntent għall-pranzu.” Ħaman dan il-parir għoġbu u ħaseb biex iħejji l-forka.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.