1Xħin daħal il-ħin sewwa, il-qaddejja telqu bl-għaġla ’l barra. Baguwa għalaq it-tinda minn barra, u warrab minn quddiem sidu lil min kien hemm, u marru fis-sodda; għax kollha kienu għajjenin bix-xorb żejjed li kienu xorbu.
2Fit-tinda baqgħet Ġuditta weħidha ma’ Oloferne mixħut fuq friexu, mitluf f’sakra mill-inbid li kien xorob.
3Imbagħad Ġuditta qalet lill-qaddejja tagħha toqgħod barra mill-kamra tar-rqad, u tistennieha toħroġ bħalma kienet tagħmel kuljum, għax, qaltilha, kellha toħroġ titlob. Hekk ukoll qalet lil Baguwa.Ġuditta toqtol lil Oloferne
4Meta kulħadd kien warrab minn hemm u ħadd, la kbir u la żgħir, ma kien baqa’ fil-kamra tar-rqad, Ġuditta, wieqfa ħdejn is-sodda tiegħu, qalet f’qalbha:
“Mulej, Alla tal-eżerċti kollha, ħares f’din is-siegħa fuq dak li se jagħmlu jdejja għall-glorja ta’ Ġerusalemm.
5Issa huwa l-waqt li tgħin il-wirt tiegħek u ttemm il-ħsieb tiegħi għall-qerda tal-għedewwa li qamu kontrina.”
6Imbagħad resqet lejn it-traversa tas-sodda, ’il fejn kien imidd rasu Oloferne, qalgħet ix-xabla,
7resqet lejn is-sodda, ħatfitlu xagħru f’idha u qalet: “Agħtini l-forza, Mulej, Alla ta’ Iżrael, f’din is-siegħa.”
8U mbagħad tatu b’kemm kellha saħħa daqqtejn sewwa f’għonqu, u qatgħatlu rasu barra,
9gerbet ġismu mejjet minn fuq is-sodda, u qalgħet il-kurtinaġġ minn postu. Wara ftit ħarġet u tat ras Oloferne lill-qaddejja tagħha,
10u din xeħtitha fil-ħorġa tal-ikel. U ħarġu t-tnejn flimkien bħas-soltu għat-talb; qasmu l-kamp, daru mal-wied, telgħu l-għolja ta’ Betulja, u waslu sal-bibien.
Ġuditta f’Betulja11Kienu għadhom ’il bogħod meta Ġuditta sejħet lill-għases u qaltilhom: “Iftħu, iftħu l-bibien! Alla magħna Alla tagħna, biex juri l-qawwa tiegħu f’Iżrael, il-qawwa tiegħu kontra l-għedewwa, kif għamel tabilħaqq illum.”
12Ġara li malli n-nies tal-belt semgħu leħinha, niżlu mgħaġġla ħdejn il-bieb tal-belt, u sejħu wkoll ix-xjuħ tal-belt.
13Kulħadd, mill-kbir saż-żgħir, mar jiġri, għax qatt ma kienu jemmnu li kellha terġa’ lura; fetħulhom il-bieb u tawhom il-merħba, u kebbsu n-nar biex jaraw, u daru magħhom ilkoll.
14Ġuditta qaltilhom b’leħen għoli: “Faħħru lil Alla, faħħruh! Għax ma warrabx il-ħniena tiegħu minn dar Iżrael; dal-lejl farrak l-għedewwa tagħna bis-saħħa ta’ jdejja.”
15Imbagħad ħarġet ras Oloferne mill-ħorġa, u writhielhom u qaltilhom:
“Hawn hi ras Oloferne, il-ġeneral tal-eżerċtu tal-Assirja, u hawn hu l-kurtinaġġ li bih kien mgħotti fis-sakra tiegħu! Il-Mulej darbu b’id ta’ mara!
18U Għużżija qalilha: “Imbierka int, binti, minn Alla l-Għoli, imbierka fost in-nisa kollha tad-dinja; u mbierek il-Mulej Alla, li għamel is-smewwiet u l-art, li wasslek biex qtajt ras il-kap tal-għedewwa tagħna.Mħ 3,24; Lq 1,28-42.
19It-tama li kellek ma tgħib qatt minn qalb il-bnedmin, huma u jiftakru fil-qawwa ta’ Alla.
20Jalla l-Mulej jagħmel li dan ikun ta’ tifħir għalik għal dejjem u jżurek b’ kull ġid, għax int ma bżajtx għal ħajtek meta rajt lil pajjiżna batut, imma ħriġt tilqa’ kontra r-rovina li kienet theddidna, u bqajt miexja dritta fit-triq ta’ Alla tagħna.”
U l-poplu kollu wieġeb: “Ammen! Ammen!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.