GĦAMOS 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Id-dehriet ta’ Għamos

1Dan urieni Sidi l-Mulej: Arah isawwar qatgħa ġradijiet, meta beda jinbet il-ħaxix imwaħħar; il-ħaxix imwaħħar wara l-ħsad tas-sultan.

2Meta kielu l-ħaxix tal-art jien għedt:

“Sidi Mulej, aħfer, nitolbok!

Kif se jżomm Ġakobb? Daqs kemm hu żgħir!”

3U l-Mulej sogħob bih ta’ dan.

“Ma jkunx dan,” qal il-Mulej.

4Dan urieni Sidi l-Mulej: Ara, Sidi l-Mulej sejjaħ fjamma nar, u nixef il-qiegħ il-kbir u r-raba’ nħaraq.

5U jien għedt: “Sidi Mulej, ieqaf, nitolbok! Kif jista’ jżomm Ġakobb? Daqs kemm hu żgħir!”

6U l-Mulej sogħob bih għal dan. “Lanqas dan ma jkun,” qal il-Mulej.

7Dan urieni Sidi l-Mulej: Ara Sidi wieqaf maġenb ħajt u f’idu ċ-ċomb tal-bennejja.

8U qalli l-Mulej: “X’qiegħed tara, Għamos?” U jien weġibt: “Iċ-ċomb tal-bennejja.” U qal Sidi: “Ara, se nqiegħed iċ-ċomb tal-bennejja f’nofs il-poplu tiegħi Iżrael; m’iniex se naħfrilhom aktar;

9l-għoljiet ta’ Iżakk se jsiru ħerba u jiġġarrfu s-santwarji ta’ Iżrael, u nqum bis-sejf għal dar Ġerobogħam.”Għamos u Amasija

10U Amasija, il-qassis ta’ Betel, bagħat jgħid lil Ġerobogħam, is-sultan ta’ Iżrael: “Għamos għamel konfoffa kontrik fid-dar stess ta’ Iżrael. Il-pajjiż ma jiflaħx iżjed għal kulma qiegħed jgħid.

11Għax hekk qal Għamos: ‘Ġerobogħam imut bis-sejf u Iżrael ikun itturufnat minn artu.’ ”

12Amasija qal lil Għamos: “Mur, bniedem veġġenti, itlaq lejn l-art ta’ Ġuda, u ħobżok kulu hemm, u ħabbar hemm;

13u tkomplix iżjed tħabbar ġo Betel, għaliex Betel santwarju tas-sultan, it-tempju tas-saltna.”

14Wieġeb imbagħad Għamos u qal lil Amasija: “Jien m’iniex profeta, lanqas bin profeta; jiena biss ragħaj u niżbor il-ġummajż;

17“Mela dan jgħid il-Mulej: ‘Martek għad tintelaq għaż-żina fil-belt; uliedek, subien u bniet, imutu bis-sejf, u artek tinqasam f’oqsma; inti tmut f’art imniġġsa, u Iżrael ikun żgur itturufnat minn artu.’ ”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help