1U s-sultan David kien xjieħ u mdaħħal fiż-żmien, u kienu jgħattuh bil-ħwejjeġ, imma ma kienx jisħon.
2U l-qaddejja tiegħu qalulu: “Ħa jfittxu lil sidna s-sultan xebba żagħżugħa biex toqgħod madwar is-sultan, u ddur bik, torqod fi ħdanek, u jżomm sħun sidi s-sultan.”
3U fittxew żagħżugħa sabiħa mal-pajjiż kollu ta’ Iżrael, u sabu lil Abisag is-Sunamija, u ħaduha għand is-sultan.
4U ż-żagħżugħa kienet sabiħa ħafna, u kienet iddur bis-sultan u sservih, imma hu ma għarafhiex b’martu.
Adonija u s-sultan5Adonija bin Ħaggit beda jitkabbar u jgħid: “Ħa nsaltan jien!” U għamel imriekeb, rikkieba, u gwardja ta’ ħamsin raġel jiġru quddiemu. biex ikunu jafu min se joqgħod fuq it-tron wara sidi s-sultan.
21Għax inkella malli sidi s-sultan imur jistrieħ ma’ missirijietu, jien u ibni Salamun jgħodduna b’nies ħatja.”
22U, ara, kif kienet għadha titkellem mas-sultan jidħol Natan, il-profeta.
23U taw l-aħbar lis-sultan u qalulu: “Ara, hawn Natan, il-profeta.” U dan daħal quddiem is-sultan, u sellem lis-sultan b’wiċċu fl-art.
24U Natan qallu: “Sidi s-sultan; jaqaw għedt: ‘Adonija jsaltan warajja u joqgħod fuq it-tron tiegħi’?
25Għax illum niżel u offra b’sagrifiċċji baqar, għoġiela msemmna u ħafna nagħaġ; stieden ’l ulied is-sultan ilkoll u l-kmandanti tal-eżerċtu, lil Abjatar, il-qassis, u bħalissa qegħdin jieklu u jixorbu miegħu, u jgħajtu: ‘Viva s-sultan Adonija.’
26Imma lili, il-qaddej tiegħek, lil Sadok, il-qassis, u lil Benajja bin Ġeħojada, u lil Salamun, il-qaddej tiegħek, ma stedinniex.
27Jaqaw dan sar bl-ordni tas-sultan sidi bla ma għarraft lill-qaddejja tiegħek min se joqgħod fuq it-tron tiegħu warajh?”
28Is-sultan David wieġeb u qal: “Sejħuli lil Batseba.” U din daħlet quddiem is-sultan u qagħdet bilwieqfa quddiemu.
29U s-sultan ħalef u qal: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, li ħelisli ’l ħajti minn kull għawġ!
30Bħalma kont ħliftlek bil-Mulej, Alla ta’ Iżrael, u għedtlek: ‘Salamun, ibnek, għad isaltan warajja, u joqgħod fuq it-tron tiegħi minn floki,’ hekk nagħmel illum stess.”
31U Batseba nxteħtet wiċċha fl-art u qiemet lis-sultan u qalet: “Jalla jgħix sidi s-sultan David għal dejjem!”
32U s-sultan David qal: “Sejħuli lil Sadok, il-qassis, u lil Natan, il-profeta, u lil Benajja bin Ġeħojada.” U dawn daħlu quddiem is-sultan., u rikkbu lil Salamun fuq il-bagħla tas-sultan David, u wassluh sa Giħon..
51U taw l-aħbar lil Salamun u qalulu: “Ara, Adonija qiegħed jibża’ mis-sultan Salamun, u arah imqabbad ma’ qrun l-artal u jgħid: ‘Ħa jaħlifli llum is-sultan Salamun li ma joqtolx il-qaddej tiegħu bis-sejf.’ ”Eż 21,13-14; 27,2; 1 Slat 2,28.
52U Salamun qal: “Jekk iġib ruħu ta’ raġel, ma taqax xagħra waħda minn ġismu fl-art, imma jekk iġib ruħu ħażin, imut.”
53U s-sultan Salamun bagħat iniżżlu mill-artal, u hu mar u nxteħet fl-art quddiem is-sultan Salamun, u Salamun qallu: “Mur lejn darek!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.