ĠEREMIJA 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Dħul

1Il-kliem ta’ Ġeremija bin Ħilkija, mill-qassisin li kienu f’Għanatot, fl-art ta’ Benjamin., fil-ħames xahar.Is-sejħa ta’ Ġeremija

4U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

5“Qabel ma sawwartek fil-ġuf, għaraftek;

qabel ma ħriġt minn ħdan ommok, ikkonsagrajtek.

Jien qegħedtek profeta fuq il-ġnus.”

6Jien weġibt:

“Ah, Sidi Mulej, ma nafx nitkellem, għadni żgħir.”

7U l-Mulej weġibni: “Tgħidx, ‘Għadni żgħir’.

Inti tmur kull fejn nibagħtek,

u tgħid kulma nordnalek.

8La tibżax minnhom, għax jien miegħek biex neħilsek,”

oraklu tal-Mulej.

9U l-Mulej ħareġ idu u messli fommi, u qalli l-Mulej: “Ara, qegħedtlek kliemi fuq fommok.

11U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli: “X’inti tara, Ġeremija!” Jien weġibt: “Qiegħed nara fergħa ta’ lewża.”

12U l-Mulej weġibni: “Sewwa rajt, għax jien inħabrek biex kelmti sseħħ.”

13U reġgħet ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli: “X’inti tara?” U jien weġibt: “Qiegħed nara borma tagħli, u d-dehra tagħha min-naħa tat-Tramuntana.”

16Jien se nagħmel ħaqq kontrihom

għall-ħażen kollu tagħhom, għaliex huma telquni

u ħarqu l-inċens lil allat oħra,

u taw qima lil għemil idejhom.

17U int ħażżem ġenbejk,

qum u għidilhom kulma nordnalek.

La tibżax

minnhom, għax inkella nbeżżgħek jien quddiemhom.

18Arani llum se nagħmel minnek belt fortizza,

kolonna tal-ħadid, ħajt tal-bronż,

kontra l-pajjiż kollu,

kontra s-slaten ta’ Ġuda, u l-prinċpijiet tiegħu,

kontra l-qassisin tiegħu u l-poplu tal-pajjiż.

19Huma jeħduha kontrik, imma ma jagħmlulek xejn,

għax jien inkun miegħek, oraklu tal-Mulej,

biex neħilsek minnhom.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help