1Il-kelma li ġiet lil Ġeremija mingħand il-Mulej u qallu:
2“Isimgħu l-kelma ta’ dan il-patt u ħabbruha lin-nies ta’ Ġuda u lil dawk li jgħammru f’Ġerusalemm.
3Għidilhom: Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: Misħut il-bniedem li ma jismax minn kliem dan il-patt,
6U l-Mulej qalli: “Xandar dan il-kliem kollu fl-ibliet ta’ Ġuda u fit-toroq ta’ Ġerusalemm u għidilhom: ‘Isimgħu l-kliem ta’ dan il-patt u agħmluh.
7Għax jien widdibt fuq li widdibt lil missirijietkom dakinhar li tellajthom mill-art tal-Eġittu sal-lum stess u għedtilhom: ‘Isimgħu minn kliemi!’
8Imma huma ma semgħux, u lanqas taw widen; u kull wieħed minnhom ġieb ruħu skont l-ebusija ta’ qalbu l-ħażina u ġibt fuqhom it-tehdid kollu ta’ dan il-patt, widdibthom li jħarsuh, u huma ma ħarsuhx.”
9U l-Mulej qalli: “Saret konfoffa qalb in-nies ta’ Ġuda u dawk li jgħammru f’Ġerusalemm.
10Reġgħu lura għall-ħażen ta’ missirijiethom tal-imgħoddi, li ma ridux jisimgħu kliemi, u marru wara allat oħra biex iservuhom. Id-dar ta’ Iżrael u d-dar ta’ Ġuda kisru l-patt li jien għamilt ma’ missirijiethom.
11Għalhekk dan jgħid il-Mulej: ‘Arawni se nġib fuqhom ħsara, li ma jkunux jistgħu jaħarbuha; għad jgħajtuli, imma jien ma nismagħhomx.
14U int la titlobx għal dan il-poplu u tgħollix leħnek u titlobx għalihom, għax jien ma nismax meta jsejħuli fi żmien hemmhom.
15X’tistenna l-maħbuba tiegħi f’dari,
meta għamlet daqshekk ħażen?
Jaqaw il-wegħdi u l-laħam ikkonsagrat
se jbiegħdu minnek il-ħsara,
biex int tkun tista’ titferraħ,
malli tisma’ bl-invażjoni l-kbira?
16“Żebbuġa tħaddar imżejna bi frott sabiħ,”
semmiek il-Mulej.
Imma issa se jagħtiha n-nar,
u jinxfu l-friegħi tagħha.
17U l-Mulej tal-eżerċti li ħawlek ħabbar il-ħsara għalik minħabba l-ħażen ta’ dar Iżrael u dar Ġuda, il-ħażen li għamlu biex jinkuni bl-inċens li ħarqu lil Bagħal.Komplott kontra Ġeremija
18Il-Mulej għarrafni, u jien sirt naf; inti wrejtni l-għemejjel tagħhom.
19U jien bħal ħaruf ġwejjed meħud għall-qatla, ma kontx naf li kienu jgħaddu kontrija u jgħidu: “Ħa noqtlu s-siġra bil-frott tagħha; inqaċċtuh mill-art tal-ħajjin, u ismu ma jiftakruhx aktar.”
20Int, Mulej tal-eżerċti, imħallef ġust li tifli l-qalb u l-moħħ, ħallini nara l-vendetta tiegħek minnhom, għaliex f’idejk irħejt il-kawża tiegħi!
21Għalhekk dan jgħid il-Mulej lin-nies ta’ Għanatot li jfittxulek ħajtek u jgħidu: “La tħabbarx aktar f’isem il-Mulej, li ma tmutx b’idejna.”
22Għalhekk dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Arani, se nħallashom! Il-fjur tagħhom imutu bix-xabla, uliedhom, subien u bniet, imutu bil-ġuħ.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.