LEVITIKU 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9L-ewwel sagrifiċċju ta’ Aron

1Fit-tmien jum Mosè sejjaħ lil Aron u ’l uliedu u x-xjuħ ta’ Iżrael.

2U qal lil Aron: “Ħu għoġol mill-merħla għas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni u muntun għas-sagrifiċċju tal-ħruq, it-tnejn bla difett, u offrihom quddiem il-Mulej.

3U int kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: Ħudu bodbod għas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, għoġol u ħaruf, it-tnejn tas-sena u bla difett, għas-sagrifiċċju tal-ħruq;

4u gendus u muntun għas-sagrifiċċju tas-sliem biex toqtluhom quddiem il-Mulej; u offerta tal-qmuħ miblula fiż-żejt; għax illum sa jidhrilkom il-Mulej.”

5U ħadu kulma ordnalhom Mosè quddiem it-tinda tal-laqgħa; u resqet il-ġemgħa kollha u qagħdu bilwieqfa quddiem il-Mulej.

6U Mosè qal: “Dan hu li ordnalkom tagħmlu l-Mulej, biex tidhrilkom il-glorja tal-Mulej.”

22Imbagħad Aron għolla idejh fuq il-poplu u berikhom; u wara li temm joffri s-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni u s-sagrifiċċju tal-ħruq u s-sagrifiċċju tas-sliem, niżel.

23U Mosè u Aron daħlu fit-tinda tal-laqgħa; u ħarġu u bierku l-poplu; u dehret il-glorja tal-Mulej lill-poplu kollu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help