1Dik il-ħabta Antijoku kien qiegħed iħejji t-tieni spedizzjoni lejn l-Eġittu. ġabar madwaru mhux anqas min elf raġel u ħabat għall-belt għal għarrieda. In-nies fuq is-swar kienu megħluba u fl-aħħar il-belt inqabdet. Menelaw ħarab fil-fortizza;
6u Ġason għamel straġi bla ħniena min-nies beltu bla ma qagħad jaħseb li rebħa fuq niesu kienet l-akbar telfa; ħaseb li kellu rebħa fuq l-għedewwa u mhux fuq in-nies ta’ ġensu stess.
7Madankollu f’idejh il-ħakma ma ħadhiex, imma rnexxielu biss jitgħabba bl-għajb minħabba t-tnassis tiegħu, u kellu jaħrab mill-ġdid lejn art l-Għammonin.
8U fl-aħħar spiċċa ħażin. Wara li kien priġunier ta’ Areta, il-mexxej tal-Għarab, ħarab u mar jiġġerra minn belt għal oħra, b’kull ħadd jiġri warajh, mibgħud minn kulħadd bħal wieħed li telaq il-liġijiet, misħut bħala assassin ta’ pajjiżu u nies pajjiżu, sakemm fl-aħħar sab il-kenn fl-Eġittu., għax mar għandhom bit-tama li jsib il-kenn, għax kienu ta’ razza waħda., xellerat prim, b’eżerċtu ta’ tnejn u għoxrin elf ruħ bl-ordni li joqtol l-irġiel kollha fl-aħjar tagħhom, u n-nisa u t-tfal ibigħhom ilsiera.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.