1Imbagħad Oloferne qalilha: “Agħmel il-qalb, la tibżax mara u la taqtax qalbek, għax jien qatt ma għamilt deni lil min għażel li jservi lil Nabukodonosor, sultan tal-art kollha.
2Ma kontx nerfa’ l-lanza tiegħi kontrih, kieku ma stmerrnix il-poplu tiegħek fuq dawn il-muntanji. Iżda huma stess ġibdu dan kollu fuqhom.
3Issa għidli għala ħrabt minnhom u ġejt għandna. Int ġejt biex issalva. Agħmel il-qalb! Int tgħix illejla u għal li ġej..
6Jekk inti timxi fuq il-kelma tal-ilsira tiegħek, Alla jtemm xi ħaġa kbira bik, u sidi ma jfallilu xejn milli għandu f’rasu.
7Daqs kemm hu ħaj Nabukodonosor, sultan tad-dinja kollha, u daqs kemm hi ħajja l-qawwa tiegħu, li bagħtek biex tqiegħed lil kulħadd f’postu, mhux biss iservuh il-bnedmin minħabba fik, imma l-bhejjem tax-xagħri, l-imrieħel u l-għasafar tal-ajru jgħixu bis-saħħa tiegħek għal Nabukodonosor u d-dar tiegħu kollha.
8“Aħna smajna bl-għerf, u bl-għaqal ta’ moħħok, u d-dinja kollha ħabbrulha wkoll li int waħdek il-bniedem tajjeb fis-saltna kollha, ta’ dehen kbir, u tal-għaġeb fis-sengħa tal-gwerra.
9Aħna smajna bid-diskors u l-kliem li qal Aħjor fil-kunsill tiegħek, għax in-nies ta’ Betulja ħelsuh u qalilhom kulma qal lilek.
11“U biex sidi ma jfallilu xejn u xogħlu ma jisfax fix-xejn, il-mewt feġġet quddiemhom, għax ħakimhom id-dnub li bih huma jinkurlaw lil Alla tagħhom kull meta jagħmlu l-ħażen.
12Naqashom l-ikel, l-ilma għoddu spiċċa; għalhekk qatgħuha li jmiddu idejhom fuq il-bhejjem tagħhom u jieklu dak kollu, li Alla bil-liġijiet tiegħu ordnalhom li ma jiklux.
13Mhux biss, imma ddeċidew ukoll li jieklu l-bikri tal-qamħ, u l-għexur tal-inbid u taż-żejt li huma kienu refgħu bħala ħaġa qaddisa għall-qassisin li joqogħdu f’Ġerusalemm, u jservu quddiem Alla tagħna - u dawn il-ħwejjeġ ħadd mill-poplu ma jista’ biss imisshom b’idejh.
14“Bagħtu nies Ġerusalemm - għax hekk għamlu wkoll in-nies li joqogħdu hemm - biex iġibu l-permess tal-kunsill.
15Malli taslilhom it-tweġiba u jagħmlu hekk, dak in-nhar stess isibu ruħhom f’idejk biex teqridhom.
16“Meta jien, il-qaddejja tiegħek, sirt naf b’dan, ħrabt minn quddiemhom. Alla bagħatni biex nagħmel ħwejjeġ kbar miegħek - ħwejjeġ li għad jgħaġġbu d-dinja kollha, u lil kull min jisma’ bihom.
20Kliem Ġuditta għoġob lil Oloferne u l-qaddejja kollha ta’ madwaru, u stagħġbu bl-għerf tagħha u qalu:Ġdt 9,13.
21“Ma hawnx mara oħra bħal din minn tarf sa tarf id-dinja, għall-ġmiel ta’ wiċċha u għas-sengħa ta’ kliemha.”
22U Oloferne qalilha: “Għamel sewwa Alla bagħtek minn qabel il-poplu biex isaħħilna idejna, u ġġib il-qerda lil dawk li stmerrew lil sidi.
23Issa mhux biss int sabiħa fil-bixra tiegħek, imma wkoll għaqlija fi kliemek. Jekk tagħmel kif għedtli, Alla tiegħek ikun Alla tiegħi, u int tgħix f’dar is-sultan Nabukodonosor, u tkun magħrufa mad-dinja kollha.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.