TOBIT 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11Tobija jasal id-dar

1Meta kienu qorbu lejn Kasrin, biswit Ninwè,

2Rafel qal lil Tobija: “Inti taf kif ħallejna lil missierek.

3Ħa ngħaġġlu qabel martek, u nlestu d-dar, huma u ġejjin.”

4U telqu t-tnejn flimkien u Rafel qallu: “Ħu f’idek il-marrara.” U mal-anġlu u Tobija mar il-kelb warajhom.

5Anna kienet toqgħod bilqiegħda tgħarrex lejn it-triq mnejn kienet tistenna lil binha ġej.

6Malli lemħitu ġej marret tgħid lil missieru: “Ara, ibnek ġej, u miegħu hemm ir-raġel li mar miegħu.”

7Rafel imbagħad qal lil Tobija qabel ma dan qorob lejn missieru: “Naf li għajnejn missierek se jinfetħu.

8Ogħroklu għajnejh bil-marrara tal-ħuta, u d-duwa tixrob il-bjada u din titqaxxar, u missierek jieħu d-dawl u jibda jara.”

9Anna marret tiġri u nxteħtet fuq għonq binha u qaltlu: “Fl-aħħar rajtek, ibni; issa nista’ mmut.” U nfexxet tibki.

13Tobit inxteħet fuq għonq ibnu u nfexx f’bikja: “Qiegħed narak, ibni, id-dawl ta’ għajnejja.”

14“Imbierek Alla,” issokta jgħid, “u mbierek l-isem kbir tiegħu, u mberkin l-anġli qaddisa tiegħu. Kbir ismu fuqna, u mberkin l-anġli tiegħu għal dejjem ta’ dejjem. Wara li kkastigani, issa, ara, jien qiegħed nara lil ibni Tobija.”1 Sam 2,6; Tob 13,2.

15Tobija daħal ġewwa ferħan ibierek lil Alla b’kemm kellu saħħa, u għarraf lil missieru Tobit li Alla kien tah ir-risq fit-triq; ġabar il-flus; iżżewweġ lil Sara bint Ragħwel, li diġà qiegħda fil-bieb ta’ Ninwè, u għoddha waslet.

16Kollu ferħan Tobit ħareġ jilqa’ l-għarusa ta’ ibnu fil-bieb ta’ Ninwè. U n-nies ta’ Ninwè stagħġbu meta rawh miexi mgħaġġel kemm jiflaħ bla ma jżommu ħadd minn idu. Tobit stqarr quddiem kulħadd li Alla ħenn għalih, u fetaħlu għajnejh.

17Imbagħad resaq lejn Sara, mart ibnu, berikha u qalilha:

“Merħba bik, binti!

Imbierek Alla tiegħek

li ġiebek għandna, binti!

Imbierek missierek!

Imbierek ibni Tobija!

Imbierka int, binti!

Idħol f’darek, qawwija u sħiħa!

Idħol imbierka u ferħana!

Idħol, binti!”

18Dakinhar kien hemm ferħ kbir fost il-Lhud ta’ Ninwè.

19Aħikar u Nadab, kuġini ta’ Tobit, ġew jifirħulu;Mħ 14,12.

20u għamlu l-festa tat-tieġ li damet sejra sebat ijiem.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help