1 KRONAKI 28 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 28L-aħħar laqgħa f’Ġerusalemm

1U David laqqa’ f’Ġerusalemm il-kapijiet kollha ta’ Iżrael, il-kapijiet tat-tribujiet, il-kapijiet tat-taqsim għas-servizz tas-sultan, il-kmandanti tal-eluf u tal-mijiet, l-uffiċjali li kienu jieħdu ħsieb il-ġid u l-imrieħel tas-sultan u wliedu, flimkien mal-uffiċjali tal-palazz u l-qalbenin u l-gwerriera qalbiena.

2Is-sultan David qam fuq riġlejh u qal: “Isimgħu, intom ħuti u l-poplu tiegħi! Jien kont bi ħsiebni nibni dar għall-mistrieħ tal-arka tal-patt tal-Mulej, u l-mirfes ta’ riġlejn Alla tagħna, u kont lestejt kollox għall-bini.

5“U minn fost uliedi kollha - għax il-Mulej tani kotra ta’ wlied - hu għażel lil Salamun, ibni, biex joqgħod fuq it-tron tas-saltna tal-Mulej fuq Iżrael.

6“U qalli: ‘Salamun, ibnek, hu jibni dari u l-btieħi tiegħi, għax lilu ħtart b’ibni, u jien inkun għalih missier.

9“U inti, Salamun, ibni, agħraf ’l Alla ta’ missierek u aqdih b’qalbek sħiħa u b’rieda soda għaliex il-Mulej jistħarreġ il-qlub u jifhem kull għamla ta’ ħsieb. Jekk inti tfittxu, iħallik issibu; imma jekk int titilqu, hu jwarrbek għal dejjem.

19Dan kollu għarrfu bil-miktub, minn id il-Mulej, ix-xogħol kollu li kellu jsir skont il-mudell.

20U David qal lil ibnu Salamun: “Agħmel il-ħila, agħmel il-qalb u idħol għax-xogħol! La tibżax, u la taqtax qalbek, għax il-Mulej, Alla tiegħi, miegħek. Mhux se jħallik u anqas jitilqek sa ma ttemm ix-xogħol għas-servizz ta’ dar il-Mulej.

21“Hawn ukoll it-taqsimiet tal-qassisin u l-Leviti għas-servizz kollu tad-dar ta’ Alla; għandek ukoll għal kull xogħol nies jinqalgħu u lesti minn qalbhom għal kull xogħol; u l-kapijiet u l-poplu kollu joqogħdu għal kliemek.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help