ĠUDA Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn l-ittraF’din l-ittra Ġuda jitkellem b’enfasi kbira dwar l-għalliema li fil-qerq tagħhom jgħidu li għandhom il-fidi, imma fil-verità jxandru tagħlim ħażin, u jgħixu ħajja bla rażan. Alla għad jikkastigahom għall-għemil tagħhom.L-insara m’għandhom qatt jimxu wara dawn l-għalliema jew jimitawhom f’għemilhom. Il-kittieb għandu kliem ta’ inkoraġġiment għall-insara għax ifakkarhom li Alla jgħinhom biex ma jaqgħux fin-nassa tal-qarrieqa.Il-ħsieb ta’ din l-ittra jixbah ħafna lil dak tat-Tieni Ittra ta’ Pietru.Ġuda jagħlaq l-ittra tiegħu billi jbierek lill-insara b’talba sabiħa.Lil dak li għandu l-qawwa jħariskom mill-waqgħa, u jqegħedkom bla tebgħa u ferħana quddiem is-sebħ tiegħu, lil Alla waħdu Salvatur tagħna, permezz ta’ Ġesù Kristu Sidna, glorja, kobor, qawwa u setgħa qabel kull żmien, issa u għal dejjem ta’ dejjem. Ammen (24-25).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1-2)Deskrizzjoni tat-tagħlim u l-kundanna tal-għalliema qarrieqa (3-16)Twissija biex l-insara jinbnew bil-fidi (17-23)Barka tal-aħħar (24-25)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help