GALATIN Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn l-ittraPawlu jikteb ittra lill-insara mill-Galazja fil-qalba tal-Asja Minuri, illum it-Turkija, biex jissetilja diffikultajiet li kienu nqalgħu fosthom. Ġara li kien hemm xi nies li riedu jopponu lilu u t-tagħlim tiegħu. Bdew ixerrdu tagħlim li biex l-insara jkunu verament qed jobdu lil Alla kellhom joqogħdu għal-Liġi ta’ Mosè.L-ittra tibda bid-difiża ta’ Pawlu bħala awtorità li jista’ jgħallem kif suppost għax hu verament appostlu, imsejjaħ minn Alla nnifsu. Hu kien approvat ukoll bħala appostlu mill-appostli l-oħra f’Ġerusalemm. Dan il-messaġġ hu importanti għall-Galatin għax hekk kien qed jikkumbatti x-xniegħa li t-tagħlim tiegħu kien falz.L-unika bażi soda fuqhiex tinbena l-ħajja fi Kristu hi l-fidi. Alla dak li jrid min-nisrani, u kull preċetti oħra miżjuda mill-bnedmin inaqqsu l-libertà tan-nisrani. Biex jikkonferma kemm dak li kien qed jgħallimhom kien validu, Pawlu jfakkarhom li hu stess kien ikkoreġa lil Pietru meta dan ma riedx ikompli jitħallat mal-insara pagani għaliex ma kinux qagħdu għal-Liġi ta’ Mosè (2,1-18).Bħala eżempju li l-fidi hi t-triq ewlenija għas-salvazzjoni, l-Appostlu jsemmi lil Abraham, li l-fidi tiegħu għamlitu dehen li jirċievi l-wegħda ta’ Alla. Irid ukoll isaħħaħ l-argument tiegħu billi juri ċar il-konvinzjoni tiegħu dwar xi tfisser f’ħajtu l-fidi tiegħu.Imma jien permezz tal-Liġi mitt għall-Liġi biex ngħix għal Alla: issallabt ma’ Kristu. Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu. Il-ħajja li issa ngħix fil-ġisem qiegħed ngħixha bil-fidi fl-Iben ta’ Alla, li ħabbni u ta lilu nnifsu għalija. M’iniex inġib fix-xejn il-grazzja ta’ Alla; għax kieku l-ġustifikazzjoni kellha tiġi mil-Liġi, Kristu kien ikun miet għal xejn (2,19-21).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-10)L-awtorità ta’ Pawlu bħala appostlu (1,11—2,21)L-Evanġelju tal-grazzja ta’ Alla (3,1—4,31)Libertà u responsabbiltà nisranija (5,1—6,10)Konklużjoni (6,11-18)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help