1 SAMWEL 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10

1Samwel ħa l-kus taż-żejt f’idejh u sawwabhulu fuq rasu, u mbagħad biesu u qallu: “Mhuwiex il-Mulej li dilkek u għamlek prinċep fuq Iżrael, il-poplu tiegħu? Tkun int li tmexxi l-poplu tal-Mulej u teħilsu minn idejn l-għedewwa tiegħu, li għandu madwaru. U dan ikunlek is-sinjal li kien il-Mulej li dilkek u għamlek prinċep fuq il-wirt tiegħu: f’Betel: wieħed iġorr tliet gidjien u wieħed iġorr tliet ħobżiet, u l-ieħor żaqq inbid,

4huma jsellmulek jagħtuk żewġ ħobżiet, u int teħodhom minn idejhom.

5Imbagħad tasal sa Gibgħat-eloħim fejn hemm l-għases tal-Filistin, u kif tasal hemm fi dħul il-belt, tiltaqa’ ma’ qatgħa profeti niżlin mill-għolja, b’arpa u tanbur, flawt u ċetra quddiemhom, u jintilfu f’estasi ta’ profeti.

9U ġara li malli dawwar spallejh biex jitlaq minn ħdejn Samwel, Alla biddillu qalbu f’oħra, u seħħew dawn is-sinjali kollha dakinhar stess.

10Kif wasal minn hemm fuq l-għolja ltaqa’ ma’ qatgħa profeti, u niżel fuqu u ħatfu l-ispirtu ta’ Alla, u ntilef f’estasi ta’ profeta f’nofshom.

21U ressaq it-tribù ta’ Benjamin skont il-familji tiegħu u telgħet bix-xorti l-familja ta’ Matri; u mbagħad tala’ bix-xorti Sawl bin Kis, u fittxewh u ma sabuhx.

22U reġgħu staqsew lill-Mulej: “Ġie hawn ir-raġel?” U l-Mulej wieġeb: “Hawn hu moħbi qalb il-provvisti!”

23Marru jiġru, u ħaduh minn hemm u qegħduh f’nofs il-poplu, u kien jgħaddi lil kulħadd minn spallejh ’il fuq.

24U Samwel imbagħad fisser lill-poplu kollu: “Rajtu lil min ħatar il-Mulej? M’hawnx ieħor bħalu fil-poplu kollu.” U l-poplu għolla leħnu, għajjat għajta kbira, u qal “Viva s-sultan!”

25Samwel imbagħad fisser lill-poplu d-dritt tas-sultan u kitbu fi ktieb u qiegħdu quddiem il-Mulej, u Samwel bagħat il-poplu kollu, kulħadd lejn daru.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help