MARK 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11Id-daħla messjanika f’Ġerusalemm(Mt 21,1-11; Lq 19,28-40; Ġw 12,12-16)

1Xħin waslu qrib Ġerusalemm, quddiem Betfaġe u Betanja, ħdejn l-Għolja taż-Żebbuġ, bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu

2u qalilhom: “Morru fir-raħal li hemm biswitkom, u kif taslu hemmhekk issibu felu marbut li ħadd qatt għadu ma rikeb fuqu. Ħolluh u ġibuh.

3Jekk xi ħadd jistaqsikom, ‘Dan kif qegħdin tagħmluh?’ għidulu, ‘Il-Mulej jeħtieġu, u malajr jerġa’ jibagħtu hawn.’ ”

4Marru, u sabu felu marbut ħdejn bieb barra fit-triq; u ħallewh.

5Xi wħud minn dawk li kienu hemm qalulhom: “X’intom tħolluh tagħmlu dak il-felu?”

6Huma weġbuhom kif kien qalilhom Ġesù, u dawk ħallewhom jagħmlu.

7Ħadu l-felu lil Ġesù, qiegħdu l-imnatar tagħhom fuq il-felu, u Ġesù rikeb fuqu.

8U bosta nies firxu fit-triq l-imnatar tagħhom, u oħrajn xi friegħi ħodor li kienu qatgħu mill-għelieqi.

9U kemm dawk li kienu miexja quddiem u kemm dawk li kienu miexja wara, bdew jgħajtu:

“Hosanna!

Imbierek min ġej f’isem il-Mulej!

10 Imbierka s-Saltna li ġejja ta’ David missierna.

Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!”

11Daħal Ġerusalemm u baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax.

Is-siġra tat-tin misħuta(Mt 21,18-19)

12L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ.

13Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu m’huwiex żmienu.Il-qdusija tat-tempju(Mt 21,12-17; Lq 19,45-48; Ġw 2,14-16)

15U waslu Ġerusalemm. Kif daħal fit-tempju, qabad ikeċċi l-bejjiegħa u x-xerrejja li kien hemm fit-tempju, qaleb l-imwejjed tas-sarrafa tal-flus u s-siġġijiet ta’ dawk li kienu jbigħu l-ħamiem,

16u ma ħalla lil ħadd mgħobbi b’xi ħaġa jaqsam mit-tempju.

17U beda jgħallimhom u jgħidilhom: “Ma hemmx miktub

li d-dar tiegħi tkun tissejjaħ dar it-talb għall-ġnus kollha?

Intom, imma, għamiltuha għar tal-ħallelin!”

18Dan wasal f’widnejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba, u bdew jaraw x’jagħmlu biex jeqirduh; għax huma kienu jibżgħu minnu, billi l-poplu kollu kien mimli bil-għaġeb għat-tagħlim tiegħu. titolbu, jekk ikollkom xi ħaġa kontra xi ħadd, aħfru, biex ukoll Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.”Il-Lhud jistaqsu dwar is-setgħa ta’ Ġesù(Mt 21,23-27; Lq 20,1-8)

27Mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħMt 16,21; Mk 8,31; 14,43-53; 15,1; Lq 9,22.

28u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?”

29“Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien,” qalilhom Ġesù, “weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu.

30Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? Weġbuni.”Ġw 1,33.

31Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu: “Jekk inweġbuh, ‘Mis-sema’, jgħidilna, ‘Mela għaliex ma emmintuhx?’Mt 21,32; Lq 7,30.

32Mela ngħidulu ‘Mill-bnedmin’?” Huma kienu jibżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta.Mt 14,5; 21,46.

33Għalhekk lil Ġesù weġbuh u qalulu: “Ma nafux.” U Ġesù qalilhom: “Mela anqas jien ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help