1U raġa’ ħadni lejn il-bieb ta’ barra tat-tempju, li jħares lejn il-Lvant: dan kien magħluq.
2U qalli: “Dan il-bieb jibqa’ magħluq: m’għandux jinfetaħ, u ħadd m’għandu jgħaddi minnu għax il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għadda minnu, għalhekk għandu jibqa’ magħluq.
3Il-prinċep, għax hu prinċep, jista’ joqgħod bilqiegħda fih, u jiekol l-ikel quddiem il-Mulej, imma jidħol u joħroġ mill-portiku.” Oraklu ta’ Sidi l-Mulej.
Id-dħul fit-tempju4U ħadni lejn il-bieb tat-Tramuntana biswit is-santwarju u, araw, jien rajt il-glorja tal-Mulej timla s-santwarju tal-Mulej u nxtħett wiċċi fl-art. bla ħtin f’qalbu u bla ħtin f’ġismu, fit-tempju tiegħi biex niġġistuh, waqt li kontu toffruli l-ħobż u x-xaħam u d-demm; u ġibtu fix-xejn il-patt tiegħi bl-għemejjel tagħkom?Il-Leviti
10“Il-Leviti, imbagħad, li tbiegħdu minni meta Iżrael twarrab minni għal wara allathom, ikollhom jitgħabbew bil-ħażen tagħhom.
11Ikollhom iservu fit-tempju tiegħi bħala għases fil-bwieb tat-tempju u qaddejja tat-tempju; joqtlu l-vittma għas-sagrifiċċju tal-ħruq u l-vittmi l-oħra għall-poplu, u huma jibqgħu hemm biex iservuhom.
12Għax huma kienu jservuhom quddiem l-allat tagħhom u kienu huma li waqqgħu lil dar Iżrael fil-ħażen. Għalhekk jien erfajt idejja u ħlift kontrihom, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, huma jħallsu ta’ dnubhom.
13Ma jersqux lejja biex iservuni ta’ qassisin, lanqas jersqu lejn il-ħwejjeġ ikkonsagrati u l-aktar qaddisa tiegħi, imma jħallsu għall-għajb tagħhom u l-għarukażijiet li għamlu., għax-xogħol kollu tiegħu u kulma jsir fih.
Il-qassisin15“Il-qassisin Leviti, nisel Sadok, li ħadu ħsieb is-servizz tat-tempju tiegħi meta twarrbu minni wlied Iżrael, huma jersqu lejja biex iservuni u jibqgħu quddiemi biex joffruli x-xaħam u d-demm, oraklu ta’ Sidi l-Mulej..
23“Għandhom juru lill-poplu tiegħi kif jagħżel dak li hu sagru minn dak li hu profan, u jgħallmuhom jagħżlu bejn dak li hu mniġġes u dak li hu nadif.
24“Fil-kawżi jagħmluha ta’ mħallfin huma: jaqtgħu s-sentenza skont il-liġijiet tiegħi, u jħarsu l-liġijiet u l-preċetti tiegħi fil-festi kollha tiegħi, u jqaddsu Sibtijieti.
25“Ma jersqux lejn bniedem mejjet, għax jitniġġsu. Jistgħu jitniġġsu biss jekk ikun missier, omm, iben, bint, ħu jew oħt li ma jkollhiex raġel.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.