HOSEGĦA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-Mulej sejjaħ lil Hosegħa biex iwettaq il-ħidma profetika tiegħu fis-saltna tat-Tramuntana fl-aħħar snin tagħha qabel il-qerda.Dan il-ktieb jieħu l-bixra ta’ ġrajja familjari ta’ raġel miżżewweġ lil mara li naqset mill-fedeltà lejh, minkejja li hu jibqa’ jħobbha. Il-messaġġ ta’ dan il-profeta kellu joħroġ minn dak li kien qed jgħix. Hekk ħajtu ssir ix-xbieha tar-relazzjoni tal-poplu ma’ Alla.Alla talab lil Hosegħa li jiżżewweġ prostituta biex juri kif Iżrael ġab ruħu miegħu. L-ismijiet li Alla għażel għal ulied il-profeta kienu jfissru twissija tal-kastig li kellu jilħaq lill-poplu. Hosegħa ġie mitlub li jibqa’ jħobb lill-mara li kienet qed tiċħdu u hekk jidher kif Alla baqa’ jħobb lil Iżrael li jiċħdu bla waqfien.Minn din il-ġrajja, imbagħad, l-awtur ikompli jisħaq dwar il-patt li Alla għamel mal-poplu li t-tnejn ikunu leali lejn xulxin. Min-naħa ta’ Alla l-patt mhux talli ma nkisirx, talli ssaħħaħ. Min-naħa tal-poplu, dan kien jippreferi li jqiegħed il-fiduċja tiegħu fil-qawwa tiegħu jew tal-ġnus ta’ madwaru, jew f’allat oħra, u jwarrab lil Alla li ħelsu. Il-konsegwenza kienet li sab ruħu jbati.F’dan il-ktieb, Alla jgħaddi lil Ġuda u lil Iżrael mill-prova dwar il-patt tiegħu magħhom, u huma jinstabu ħatja li naqsu u għalhekk jistħoqqilhom il-kastig. Minkejja kollox, Alla jibqa’ jħobb lill-poplu tiegħu u jkun lest li jaħfrilhom meta jitgħallmu jibqgħu leali lejh.Naħfrilhom, għad li xxewxu kontrija;minn qalbi nħobbhom,għaliex il-korla tiegħi reġgħet lura minn fuqhom (14,5)It-taqsim tal-ktiebIl-ġrajja familjari ta’ Hosegħa (1,1—3,5)Messaġġi kontra Iżrael (4,1—13,16)Messaġġ ta’ ndiema u tiġdid tal-wegħda (14,1-9)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help