LHUD 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Is-santwarju tas-sema u dak tal-art

1L-ewwel patt kellu wkoll il-liġijiet tal-kult u s-santwarju, għalkemm dan kien santwarju tal-art.

2Fis-santwarju kien hemm tinda, dik ta’ quddiem, li fiha kien hemm il-kandelabru u l-mejda bil-ħobż tal-preżenza quddiem il-Mulej; din it-tinda kienet tissejjaħ “il-Post Qaddis”.

6Skont dan it-taqsim, fl-ewwel tinda jidħlu l-qassisin f’kull żmien biex jagħmlu s-servizz ritwali; li jagħmel il-poplu bla ma jkun jaf..

11Imma Kristu ġie bħala l-qassis il-kbir tal-ġid li diġà ġie. Hu daħal minn tinda aqwa u aktar perfetta li mhijiex maħduma b’idejn il-bnedmin, jiġifieri mhijiex ħolqien ta’ din l-art;

15U għalhekk hu medjatur ta’ patt ġdid, testment ġdid, biex, wara li seħħet il-mewt għall-fidwa tal-ħtijiet li saru fi żmien il-patt ta’ qabel, dawk li huma msejħa minn Alla jiksbu l-wirt ta’ dejjem li hu wegħedhom..”Is-saċerdozju ta’ Kristu naddafna mid-dnub

23Jekk mela kien meħtieġ li xbihat tal-ħwejjeġ tas-sema jissaffew b’dawn ir-riti, dawn l-istess ħwejjeġ tas-sema kellhom jissaffew b’sagrifiċċji aqwa.

24Għax Kristu ma daħalx f’santwarju magħmul b’idejn il-bnedmin li hu biss xbieha tas-santwarju veru, imma daħal fis-sema stess, biex issa jidher għalina quddiem Alla.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help