EŻEKJEL 23 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 23Iż-żewġt aħwa żienja: Oħola, Samarija, u Oħoliba, Ġerusalemm

1U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:.

3It-tnejn f’żgħożithom żnew fl-Eġittu. Hemm kienu jteftfulhom f’sidirhom u jagħfsulhom ħobb xbubithom.Id-dnub ta’ Oħoliba: Ġerusalemm

11“Oħtha, Oħoliba, rat dan kollu, imma tbellhet aktar minnha, u ż-żina tagħha għadda ż-żina ta’ oħtha.

12Iġġennet għal wara ulied l-Assirja; gvernaturi, uffiċjali u gwerrieri lebsin il-vjola. Rikkieba jirkbu ż-żwiemel, kollha żgħażagħ fihom għaxqa.

13Jien rajt li hi wkoll tniġġset; it-tnejn qabdu l-istess triq.

14“U kompliet tiżni. Rat imbagħad irġiel imnaqqxin fil-ħajt, xbihat tal-Kaldin maqlugħin bin-nogħra;

15ġenbejhom imħażżmin bi ħżiem, bit-turbanti bil-pendenti f’rashom, mad-daqqa t’għajn donnhom kollha uffiċjali, xbihat ta’ wlied Babilonja, il-Kaldija, art twelidhom.

16U malli għajnejha marru fuqhom xegħlet għalihom; u bagħtet għandhom messaġġiera fil-Kaldija.

17“U wlied Babilonja ġew għandha għal friex l-imħabba u ċappsuha biż-żina tagħhom. Tniġġset magħhom sakemm ma ddardritx minnhom.

18“Meta hi wriet iż-żina tagħha u kixfet għawarha, jien stmellejtha bħalma kont stmellejt lil oħtha.

19Imma hi kompliet tkattar iż-żina tagħha, kompliet tiżni fuq li tiżni, meta ftakret fi żmien żgħożitha kemm kienet tiżni fl-art tal-Eġittu.

20Xegħlet għall-irġiel żienja, li laħamhom laħam il-ħmir, u tixridhom tixrid iż-żwiemel.

21Int erġajt lura għall-ħażen ta’ żgħożitek meta l-Eġizzjani kienu jteftfulek f’sidrek u jagħfsulek ħobb xbubitek.”

Il-kastig ta’ Oħoliba: Ġerusalemm

22“Għalhekk, Oħoliba, dan jgħid Sidi l-Mulej: ‘Arani, inxewwex kontrik lil ħbiebek li ġġennu għalik, u issa int stmellejthom, u nġibhom fuqek mill-inħawi ta’ madwarek.

23Ulied Babilonja u l-Kaldin kollha, Pekod, Sugħa, u Kugħa, u wlied l-Assiri magħhom, żgħażagħ fihom għaxqa, gvernaturi u uffiċjali, gwerriera ta’ ħila u msemmija, ilkoll rikkieba jirkbu ż-żwiemel.

24U jiġu għalik mit-Tramuntana bl-armi, karrijiet, vetturi, b’kotra ta’ popli bit-tarki, kbar u żgħar, u elmijiet, irossu fuqek minn kull naħa, u jien inħalli l-ħaqq f’idejhom, u jagħmlu ħaqq minnek skont drawwiethom.

25U jien niżfoga l-għira tiegħi fuqek. Jittrattawk f’qillthom, iqaċċtulek imnieħrek u widnejk; u dak li jifdal minnek iqattgħuh bix-xabla. Is-subien u l-bniet tiegħek jeħduhomlok, u dak li jifdal minnek jikkunsmah in-nar.

26Ineżżgħuk minn ħwejġek u jeħdulek il-ġawhar sabiħ tiegħek.

27Ineħħulek minn fuqek l-għemil faħxi u ż-żina tiegħek fl-art tal-Eġittu; ma terfax aktar għajnejk lejhom, u l-Eġittu ma tiftakarx fih aktar.’

28“Għax dan jgħid Sidi l-Mulej: Arani, se nerħik f’idejn dawk li int tobgħod, dawk li int stmellejt.

29U jagħmlu minnek skont il-mibegħda tagħhom, jeħdulek ġidek u jħalluk imneżżgħa għarwiena, u jinkixef għawar iż-żina tiegħek u l-faħx ta’ għemilek,

30Jagħmlulek dan kollu għax int żnejt mal-ġnus, u ċċappast bl-allat tagħhom.

31Triq waħda ma’ oħtok qbadt, u għalhekk nagħtik kusha f’idejk.”

32Dan jgħid Sidi l-Mulej:

“Kus oħtok tixrob,

kus fond u wiesa’,

mimli żufjett u żebliħ

aktar milli jesa’.

33Tintilef fis-sakra u l-għali,

kus mimli tkexkix u twerwir,

il-kus ta’ oħtok Samarija.

34U int tixorbu u tqaxqxu,

sax-xaqquf tiegħu tgerrem

u tqatta’ sidrek,

għax jien tkellimt, oraklu tal-Mulej.”

35Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: “Talli inti nsejtni u tfajtni wara dahrek issa jkollok iġġorr il-piż tal-faħx u ż-żina tiegħek.”

Il-kastig ta’ Oħola u Oħoliba

36Imbagħad il-Mulej qalli: “O bniedem, trid int tagħmel ħaqq minn Oħola u Oħoliba? Mela għarrafhom bi qżiżijiethom., u huma kienu jiġu! Għalihom int kont tinħasel, kont tiżbogħ għajnejk koħol, u tilbes il-ġawhar.

41Kont tinxteħet fuq divan lussuż, u fuq mejda rranġata quddiemek poġġejt żejti u l-fwejjaħ tiegħi.

42U kien instama’ għandha għajjat ta’ għagħa u ferħ, u mal-irġiel mill-bliet kien hemm ukoll is-Sabijin ġejjin mid-deżert. Dawn qiegħdu brazzuletti f’idejn iż-żewġt aħwa, u kuruna sabiħa tlellex fuq rashom.

43U jiena għedt: Ah, mara mkissra fl-adulterji! Issa żgur li jiżnu magħha, tkompli tiżni magħhom hi fost kulħadd!

44Kienu jidħlu għandha bħalma jidħlu għand mara żienja; hekk kienu jidħlu għand Oħola u għand Oħoliba, it-tnejn nisa faħxija.

45Imma l-irġiel sewwa għad jagħmlu ħaqq minnhom, il-ħaqq ta’ nisa adulteri, il-ħaqq ta’ nisa li xerrdu d-demm, għax huma adulteri t-tnejn u idejhom iċarċru d-demm!”

46Għax dan jgħid Sidi l-Mulej: “Ħa titla’ folla nies għalihom u jabbandunawhom għat-twerwir u s-serq;

47ħa jħaġġruhom u jbiċċruhom bix-xwabel tagħhom, joqtlulhom is-subien u l-bniet tagħhom, u djarhom jagħtuhom in-nar.

48U hekk inneħħi l-faħx mill-pajjiż u n-nisa kollha jieħdu t-tagħlima u ma jkomplux bil-ħażen faħxi tagħhom.

49Iroddulkom l-għemil faħxi tagħkom u titgħabbew bid-dnub tal-idolatrija tagħkom, ħalli tkunu tafu li jien is-Sid, jien il-Mulej!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help