SALMI 113 - Maltese Bible with DC

Salm 113Alla l-Għoli jħares lejn iż-żgħar

1Hallelujah!

Faħħru, qaddejja tal-Mulej,

faħħru isem il-Mulej.

2Ikun isem il-Mulej imbierek,

minn issa u għal dejjem!

3Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha

ikun imfaħħar isem il-Mulej!

4Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej,

ogħla mis-smewwiet hu sebħu.

5Min hu bħall-Mulej, Alla tagħna,

li qiegħed fl-għoli?

6Hu li jħares ’l isfel,

lejn is-smewwiet u lejn l-art.

7Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken,

u jerfa’ mill-miżbla l-fqajjar,

8biex mal-kbarat iqiegħdu,

mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

9Il-mara bla wlied iqegħedha f’darha,

jagħmilha omm ferħana b’uliedha.

Hallelujah!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help