1Meta s-sultan David mar joqgħod f’daru, u l-Mulej serrħu mill-għedewwa kollha ta’ madwaru,.
7F’dak iż-żmien kollu li kont niġġerra ’l hawn u ’l hinn ma’ wlied Iżrael, qatt għedt lil xi ħadd mill-kapijiet ta’ Iżrael li jien kont qabbadt jirgħu l-poplu tiegħi Iżrael: Għaliex ma bnejtlix dar taċ-ċedru?’
8“U issa għid lill-qaddej tiegħi David: ‘Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Ara, jiena ħadtek mill-mergħat minn wara l-imrieħel biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.. It-tron tiegħek jibqa’ sħiħ għal dejjem.’ ”
17Natan kellem lil David skont dan il-kliem u din il-viżjoni.
David quddiem il-Mulej18Imbagħad David mar quddiem il-Mulej, u qal: “Min jien jien, Sidi Mulej, u min hi l-familja tiegħi, biex wassaltni sa hawn?
25“U issa, Mulej Alla, il-kelma li int għedt dwar il-qaddej tiegħek u l-familja tiegħu, żommha għal dejjem, u agħmel kif għedt.
26B’hekk ismek ikun imfaħħar għal dejjem b’dan il-kliem: ‘Il-Mulej tal-eżerċti hu Alla fuq Iżrael!’ U l-familja tal-qaddej tiegħek David tibqa’ sħiħa quddiemek.
27“Għaliex int, Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael, għarraft lill-qaddej tiegħek u għedtlu: ‘Jiena nibnilek dar.’ Għalhekk il-qaddej tiegħek għamel il-qalb li jagħmillek din it-talba.
28U issa, Sidi Mulej, int Alla, il-kelma tiegħek hi sewwa, u int wegħedt dan il-ġid lill-qaddej tiegħek.Num 23,19; Ġw 17,17.
29Qum u bierek il-familja tal-qaddej tiegħek, ħalli tibqa’ sħiħa quddiemek għal dejjem! Għax int, Sidi Mulej, tkellimt, u l-familja tal-qaddej tiegħek tkun imbierka għal dejjem minħabba fil-barka tiegħek.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.