1U l-Mulej qal lil Ġożwè: “La tibżax u la taqtax qalbek. Ħu miegħek in-nies kollha tal-ġlied, u qum u itla’ għal Għaj. Ara, jien nerħi f’idejk is-sultan ta’ Għaj bin-nies u l-belt, u l-art tiegħu b’kollox.
3U qam Ġożwè u n-nies kollha tal-ġlied biex jitilgħu għal Għaj; u Ġożwè għażel tletin elf raġel ta’ ħila kbira, u bagħathom billejl. sa filgħaxija, u ma’ nżul ix-xemx Ġożwè ordna li jniżżlu ġismu mejjet mis-siġra, u xeħtuh ħdejn il-bieb tal-belt, u fuqu għamlu borġ ġebel kbir li għadu hemm sal-lum.It-tiġdid tal-patt
30Imbagħad Ġożwè bena artal lill-Mulej, Alla ta’ Iżrael, fuq il-muntanja Għebal,
31skont l-ordni li Mosè, il-qaddej tal-Mulej, kien ta lil ulied Iżrael, kif inhu miktub fil-ktieb tal-liġi ta’ Mosè; artal b’ġebel sħiħ, mhux mimsus bil-ħadid, u offrew fuqu sagrifiċċji tal-ħruq lill-Mulej, u ssagrifikaw ukoll vittmi tas-sliem.
32U Ġożwè kiteb fuq il-ġebel kopja tal-liġi li Mosè kien kiteb quddiem ulied Iżrael.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.