1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:, kontra Gog, il-prinċep il-kbir ta’ Mesek u Tubal, u ħabbar kontra tiegħu.
13Saba, Dedan u n-neguzjanti tagħha, Tarsis u l-merkanti tagħha, jgħidulek: ‘Ġejt int biex taħtaf il-priża? Ġbart int il-poplu tiegħek biex tagħmel xi serqa kbira, biex iġġorr id-deheb u l-fidda, biex taħtaf l-imrieħel u l-ġid, biex tagħmel xi serqa kbira?It-tieni oraklu kontra Gog
14“Għalhekk, o bniedem, ħabbar u għid lil Gog: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Iva, meta l-poplu tiegħi Iżrael ikun jgħammar bi kwietu int tqum għalih
15u tiġi minn pajjiżek, minn tarf it-Tramuntana, int u miegħek ħafna ġnus, ilkoll riekba fuq iż-żwiemel, ġemgħa kbira u eżerċtu qawwi.
16Int titla’ għall-poplu tiegħi Iżrael bħalma sħaba tgħatti l-art; dan iseħħ fl-aħħar jiem. Inġibek f’arti ħalli jkunu jafu x’jien il-ġnus, meta jien nurik qdusiti quddiemhom, Gog!
17“Dan jgħid Sidi l-Mulej: ‘Int hu li jien tkellimt fuqu fi żmien il-qedem permezz tal-qaddejja tiegħi, il-profeti ta’ Iżrael, li ħabbru f’dak iż-żmien, snin ilu, li jien għad inġibek għalihom.
18“Imbagħad, dakinhar, meta jiġi Gog għall-art ta’ Iżrael, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, għadbi jitla’ fi mnifsejja.
19Fis-saħna tal-għira u n-nar tad-dagħdigħa tiegħi jien għedt: Dakinhar ikun hemm taqliba sħiħa f’art Iżrael.
20Jitriegħdu minn quddiemi l-ħut tal-baħar, it-tjur tal-ajru, il-bhejjem tar-raba’, u s-sriep jitkaxkru fl-art, u l-bnedmin kollha fuq wiċċ l-art. Jitgerbbu l-muntanji, jiġġarrfu l-irdumijiet, u jaqgħu fl-art is-swar.
21“Imbagħad insejjaħ kontrih kull xorta ta’ biża’, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, u x-xabla tal-wieħed iddur kontra l-ieħor.
22U jien nivvendika ruħi minnu bil-pesta u bid-demm; nibgħatlu xita bil-qliel, silġ daqs iċ-ċagħak, nar u kubrit, fuq il-qtajja’ tiegħu, fuq il-kotra ta’ popli miegħu.
23“U hekk nuri l-kobor u l-qdusija tiegħi quddiem kotra ta’ ġnus, u jkunu jafu li jien il-Mulej.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.