1“Hemm miktub fl-arkivji li Ġeremija, il-profeta, kien ordna lill-itturufnati li jieħdu magħhom in-nar imqaddes kif ingħad hawn fuq.
2U wissa wkoll lill-itturufnati, hu u jagħtihom il-Liġi, biex ma jinsewx il-kmandamenti tal-Mulej, u biex ma jitħawdux f’moħħhom meta jaraw l-idoli tad-deheb u l-fidda biż-żina tagħhom., fejn kien tela’ Mosè biex jara l-wirt ta’ Alla. ikun ikkonsagrat bis-solennità kollha.’: ‘Billi s-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni ma ttikilx, dan ġie kkunsmat bin-nar.’
13Dawn l-istess ħwejjeġ jinqraw ukoll fil-kitba u t-tifkiriet ta’ Neħemija u wkoll kif dan waqqaf bibljoteka u ġabar fiha l-kotba tal-Ġrajja tas-Slaten, il-Kotba tal-Profeti, il-Kotba ta’ David, u l-ittri tas-slaten dwar l-offerti għat-tempju.
14Hekk ukoll Ġuda ġabar il-kotba kollha li kienu ntilfu minħabba l-gwerra li kellna; u għadhom għandna.Dħul il-ktieb
19Il-ġrajja ta’ Ġuda l-Makkabi u ħutu, il-purifikazzjoni tat-tempju u l-konsagrazzjoni tal-artal,
20il-gwerer kontra Antijoku Epifani u ibnu Ewpator,
21u d-dehriet mis-sema li kellhom dawk li tqabdu b’ħeġġa u b’ħila ta’ rġiel għall-Ġudaiżmu biex reġgħu rebħu l-art kollha, għalkemm kienu ftit, u għamlu għal wara l-kotra tal-barbari,
22u kif reġgħu ħadu f’idejhom it-tempju msemmi mad-dinja kollha, u ħelsu l-belt u daħħlu l-liġijiet li kienu se jitneħħew, għax il-Mulej bit-tjubija tiegħu kollha ħenn għalihom.
23Dan kollu kien miġbur f’ħames kotba minn Ġason iċ-Ċirinew u aħna issa fittixna li niġbruh fil-qosor fi ktieb wieħed.
24Meta rajna l-kotra ta’ numri u t-tfixkil għal dawk li jridu jduru dawra mar-rakkonti tal-istorja minħabba l-ħafna materjal li hemm,
25ħsibna u rajna li nagħmlu xogħol li jogħġob lil min irid jaqra, ħafif għal min jixtieq iżomm f’moħħu l-ġrajja, u ta’ ġid għall-qarrejja huma min huma.
26Għalina li ndħalna għal dan ix-xogħol iebes ta’ taqsir, ma kinitx ħaġa ħafifa; kien xogħol li swielna għaraq u sahra,
27xogħol ta’ taħbit bħal ta’ min jiġi biex iħejji mejda u jfittex li jogħġob lill-oħrajn. B’danakollu aħna minn qalbna tgħabbejna b’dan ix-xogħol biex nisfaw ta’ ġid għal ħafna. jaħseb biss għad-dekorazzjoni, hekk għandu wieħed iqis lilna.
30Tistħarreġ il-ġrajja u ddur magħhom minn kull naħa, tgħarbel l-irqaqat kollha, dan kollu jmiss lill-awtur tal-istorja.
31Imma min jagħmel kompendju, ifittex il-qosor tar-rakkont mingħajr ma jfittex li jagħti tagħrif sħiħ dwar il-ġrajja.
32Nibdew mela r-rakkont, issa li għedna dan kollu minn qabel. Għaliex tkun bluha li tiġbed fit-tul fil-bidu, biex imbagħad tqassar l-istorja.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.